Turkija – Page 5 – One News

Notifiki

Ħidma biex tikber ir-relazzjoni bejniethom

Il-Prim Ministru Theresa May qalet li r-Renju Unit se jtejjeb ir-relazzjonijiet ta’ negozju mat-Turkija wara li saru diskussjonijiet mal-President Tork Recep Tayyip Erdogan.

Il-Prim Ministru Ingliż qalet li t-Turkija hija ħabiba antika ta’ pajjiżha, iżda hemm potenzjal biex ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi jissaħħu.

Aqra aktar

Ma tinstabx il-persuna li qatlet 39 persuna

Għada għaddejja it-tfittxija għall-persuna li qatel disgħa u tletin persuna f’Istanbul it-Turkija fil-bidu tas-sena il-ġdida.

Il-persuna, li għada mhiex magħrufa fetħet in-nar lejn diskoteka bl-isem ta’ Reina u rnexxielu jaħrab f’nofs il-konfużjoni li nqalat.

Aqra aktar

“Inwiegħed l-appoġġ tal-Gvern Malti fil-ġlieda tal-Gvern Tork kontra t-terroriżmu”

Wara l-attakk terroristiku li ġara dal-lejl f’kumpless ta’ divertiment f’Istanbul, it-Turkija, li fih tilfu ħajjithom 39 ruħ u weġġgħu numru ħafna akbar ta’ persuni, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Dr George W. Vella dalgħodu għamel kuntatt bit-telephone mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tork, Mevlüt Çavuşoğlu li permezz tagħha wassallu d-dispjaċir tal-Gvern u l-poplu Malti għal dan l-inċident ikrah u wegħdu l-appoġġ tal-Gvern Malti fil-ġlieda tal-Gvern Tork kontra t-terroriżmu.

Aqra aktar

Ara ma tgħidx li ma tridx isservih it-tè…

Raġel li jmexxi ħanut tal-kafè fil-binja li tilqa’ lil ġurnal tal-oppożizzjoni Torka inżamm arrestat wara li qal li kieku jirrifjuta li jservi t-tè lill-President Recep Tayyip Erdogan.

Senol Buran, li jmexxi l-ħanut fil-binja tal-ġurnal Cumhuriyet, it-Turkija, inżamm akkużat li insulta lill-President. Iżda hu qed jinsisti li dak li qal ma kienx insult.

L-awtoritajiet Torok qed ikunu ħarxa kontra min imerihom, minn meta seħħ kolp ta’ stat f’Lulju li għadda. Il-ħaddiema tal-ġurnal kienu fost l-eluf arrestati, sospiżi jew imkeċċija mix-xogħol. Il-ġurnal huwa fost il-ftit li azzarda jippublika affarijiet kontra Erdogan.

Buran stqarr ċar mal-Pulizija: “kieku  ma nservix it-tè lill-Erdogan”.

Tiri sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara ftit sigħat wara l-qtil tal-Ambaxxatur Russu

Il-Pulizija għadhom kif arrestaw raġel b’relazzjoni ma’ tiri li ġew sparati quddiem l-Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Ankara, ftit sigħat wara li l-Ambaxxatur Russu għat-Turkija nqatel.

Sorsi qalu li r-raġel ħareġ arma li kienet moħbija fil-ġakketta u spara madwar tmien tiri fl-ajru. Hu twaqqaf mill-gwardji tas-sigurtà tal-Ambaxxata stess.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Aqra aktar

Jinqatel l-ambaxxatur Russu għat-Turkija

L-Ambaxxatur Russu għat-Turkija Andrey Karlov nqatel wara sparatura f’Ankara it-Tnejn filgħaxija.

Informazzjoni minn fuq il-post tgħid li l-qattiel spara minn tal-inqas tmien tiri waqt li għajjat il-kliem Allahu Akbar. Rapporti mill-midja Torka qalu li l-Pulizija qatlu l-assassin li attakka lill-Karlov waqt esibizzjoni artistika fiċ-Ċentru tal-Arti kontemporanja f’Ankara.

Huwa mifhum li l-assassin daħal fl-esibizzjoni b’identifikazzjoni falza tal-Pulizija u wera rabja lejn is-sitwazzjoni f’Aleppo. Filfatt dan l-attakk sar jiem biss wara protesti fit-Turkija dwar l-appoġġ li r-Rusja qed tagħti lill-President Sirjan Bashar al Assad.

Send this to a friend