Turkija – Page 3 – One News

Notifiki

Terremot qawwi jolqot lit-Turkija

Terremot qawwi laqat il-kosta tat-Turkija qrib l-Aegean u kif ukoll il-gżejjer Griegi ta’ Lesbos.

L-epiċentru tas-6.3 fuq l-iskala Richter kien 5km ‘il bod mill-villaġġ Grieg ta’ Plomari fejn saħansitra nħassu fl-Istanbul u f’Ateni.

Aqra aktar

Jitressqu dawk ‘responsabbli’

Fit-Turkija kienu interrogati l-mitejn u għoxrin suspettat wara l-attentat l-kolp ta’ Stat fis-sajf li għadda, kollha kemm huma jkunu uffiċċjali militari.

Il-folla li nġabret biex tara lill-akkużati jitresqu ġewwa Ankara kellhom biss kliem dispreġjattiv għalihom- tant li kien hemm min qal li ħaqqhom il-piena tal-mewt, iżda l-liġi Torka ma tippermettix li dan isir.

Aqra aktar

Turkija: min jiċċelebra u min jisfida

Il-partit ewlieni Tork fl-oppożizzjoni qal li se jisfida r-referendum li sar fil-pajjiż, wara li l-poplu vvota biex il-President ikollu aktar poter.

Il-partit Repubblikan qed iqajjem dubji dwar kemm kien leġittimu r-riżultat, u qed jallega irregolaritajit fil-proċess elettorali.

Il-President Recep Tayyip Erdogan rebaħ l-appoġġ biex ikollu aktar poter fit-tmexxija eżekuttiva tal-pajjiż.

Il-President tat-Turkija javża lill-Ewropa li “mhux se tkunu tistgħu timxu fit-toroq b’raskhom mistrieħa”

Ewropej minn madwar id-dinja mhux se jkunu jistgħu jimxu fit-toroq b’rashom mistrieħa jekk se jibqgħu bl-istess mentalità dwar it-Turkija, qal dan il-President tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan.

It-Turkija bħalissa tinsab f’battibek diplomatiku mal-Ġermanja u l-Olanda wara li pprojbixxu lill-uffiċjali Torok milli jikkampanjaw b’turija ta’ appoġġ għal referendum f’April dwar iż-żieda fis-saħħa tal-President Tork, irrapporta dan l-Independent tal-Ingilterra.

Aqra aktar

Send this to a friend