turiżmu | One News

Notifiki

Malta fost l-aqwa pajjiżi għal btala fir-rebbiegħa din is-sena

Malta ssemmiet ma’ 18-il pajjiż ieħor madwar id-dinja li huma l-aħjar post għal btala fir-Rebbiegħa. Dan skont studju li għamlet il-kamra tal-aħbarijiet internazzjonali, CNN, fejn tat deskrizzjoni tal-aqwa 19-il pajjiż fid-dinja fejn wieħed jista’ jżur waqt btala f’dawn iż-żmienijiet.

Is-CNN qalu li l-btajjel tar-Rebbiegħa m’għadhomx sinonimi biss mal-avventuri fil-kampanja, iżda saru opportunità biex it-turisti jżuru postijiet pittoreski li ma jirrikjedux ħafna finanzjarjament.

L-istess artiklu qal ukoll li d-19-il pajjiż li kienu mistħarrġa kienu l-aqwa pajjiżi jew postijiet biex wieħed iżur fir-Rebbiegħa, li s’issa ftit kienu kkunsidrati bħala post tajjeb għal btala bejn Marzu u Ġunju.Aqra aktar

Żieda ta’ aktar minn 10% fil-wasliet tat-turisti f’Ottubru

Aktar minn 270,000 żaru pajjiżna f’Ottubru. Din tfisser żieda ta’ 10.1% meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena li għaddiet.

Dan irriżulta minn statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wriet kif b’kollox saru 236,271 vjaġġ turistiku lejn pajjiżna għal skopijiet ta’ vaganzam filwaqt li kważi  19,000 oħra saru għal skopijiet ta’ negozju.Aqra aktar

BIL-FILMAT: It-turiżmu żdied bi 15% bis-saħħa ta’ Valletta 2018

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca sostniet li Valletta 2018 tat viżbilità kbira lil bosta valuri fosthom it-twettiq tal-ġustizzja soċjali.

Il-President qalet dan waqt il-ftuħ tal-ħames edizzjoni ta’ konfrerenza mtella’ mill-Fondazzjoni Valletta 2018 bit-tema Sharing the Legacy li qed jieħdu sehem fiha għadd ta’ kelliema internazzjonali bil-għan li jagħtu eżempji differenti ta’ kif jista’ jkompli jsir żvilupp ekonomiku, soċjali u kulturali fil-Belt. Aqra aktar

Send this to a friend