trump – Page 7 – One News

Notifiki

Trump għar-Renju Unit

Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump mistenni jżur ir-Renju Unit is-sena d-dieħla. Jidher li Downing Street u l-White House qegħdin jaraw x’għażliet hemm għal din iż-żjara. Trump aċċetta l-invit tar-reġina biex jivvjaġġa lejn l-Ingilterra fuq żjara statali meta l-Prim Ministru tar-Renju Unit, Theresa May żaret Washington f’Jannar.

Aqra aktar

Trump Jr iltaqa’ ma’ Russa għal diskussjonijiet dwar Clinton

Iben il-kbir tal-President Amerikan Donald Trump iltaqa’ m’avukatessa Russa, jiem wara li missieru rebaħ in-nominazzjoni Repubblikana qabel l-elezzjoni Presidenzjali.

Mal-gazzetta The New York Times, Donald Trump Junior ammetta li fi Trump Towers, fi New York, iltaqa’ ma’ Natalia Veselnitskaya biex jikseb informazzjoni li setgħtet itappan ir-reputazzjoni tar-rivali Hilary Clinton.

Aqra aktar

L-ewwel laqgħa wiċċ imb’wiċċ!

Il-President Amerikan Donald Trump se jiltaqa’ għall-ewwel darba mal-mexxej Russu, Vladimir Putin. L-ewwel laqgħa wiċċ imb’wiċċ se ssir waqt summit tal-G20 f’Hamburg, il-Ġermanja. It-tnejn li huma esprimew rieda li jsewwu d-danni li qed jinħolqu bil-kriżijiet fis-Sirja u l-Ukrajna, minbarra allegazzjonijiet li r-Russja kellha x’taqsam mar-riżultati elettorali fl-Istati Uniti. Trump u Putin mistennija jiltaqgħu wara nofsinhar għal siegħa, għalkemm jista’ jkun li l-laqgħa tkun ferm iqsar.

Intant, mistennija protesti tul il-jum. Konfront bejn il-forzi tal-ordni u dimonstranti diġà ħalla 76 pulizija ferut. Mejjexa minn madwar id-dinja għandhom differenzi kbar bejniethom fuq suġġetti bħat-tibdil fil-klima u n-negozju.

Meta Duda ma tridx taf bi Trump!

Li tilqa’ lill-President Amerikan huwa diġà avveniment fih innifsu. Iżda li jkollok First Lady Pollakka li taqbeż lill-President tal-Istati Uniti ma tiġrix spiss, u jsir mument li jmur ‘viral’ fuq l-internet.

Jista’ jkun kwistjoni ta’ protocol, iżda Agata Kornhauser-Duda qabżet lil Donal Trump u minflok ħadet b’idejn martu Melania, u wara daret fuqu.

Ara dan il-mument f’dan il-filmat.

 

Aqra aktar

Send this to a friend