trump – Page 6 – One News

Notifiki

Membru tal-istaff ta’ skola b’pistola f’idejh malajr itemm attakk – Trump

Il-President Amerikan Donald Trump, jemmen li jekk l-għalliema jkunu permessi jġorru arma tan-nar fuqhom, dan jista’ jnaqqas ħafna mill-attakki li jisru fuq l-iskejjel.

Dan hekk kif ġie rrapurtat li qal li “membru tal-istaff ta’ skola b’pistola f’idejh malajr itemm attakk”.

Trump kien qed jikkummenta fid-dawl tal-attakk li seħħ il-ġimgħa li għaddiet fi skola fi Florida, meta żagħżugħ ta’ dsatax-il sena daħal jispara fuq studenti u għalliem, u qatel sbatax-il persuna.

Minn dakinhar seħħew għadd ta’ protesti sabiex ikun hemm liġijiet aktar stretti fuq iż-żamma tal-armi tan-nar għall-użu personali, waqt li bosta ġenituri talbu bil-ħniena Trum biex jiżgura li xi ħaġa simili ma terġax isseħħ.

Aqra aktar

Trump iħabbar mument ġdid Amerikan

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump ħabbar mument ġdid Amerikan, hekk kif indirizza l-ewwel diskors tiegħu tal-Istate of the Union fil-Kungress.

Il-mexxej Repubblikan qal li kien qed jestendi id miftuħa lid-Demokratiċi sabiex jaħdmu flimkien.

Trump qal ukoll li ordna biex Guantanamo Bay jinżamm miftuħ, u b’hekk reġġa lura direttiva li saret fi żmien l-eks President Barack Obama biex jingħalaq il-kamp kontroversjali ta’ detenzjoni.

Trump qal ukoll li l-amministrazzjoni tiegħu kienet qed tibni pajjiż sikur, b’saħħtu u kburi.

Trump bi kliem xejn sabiħ fil-konfront ta’ nazzjonijiet Afrikani

L-organizzazzjoni li tirrappreżenta l-pajjiżi Afrikani talbet lil-President tal-Istati Uniti Donald Trump jiskuża ruħu wara li allegatament sejjaħ nazzjonijiet fil-kontinent Afrikan: “shitholes“.


Il-grupp f’Washington DC esprima “xokk, dispjaċir u rabja” u qal li l-amministrazzjoni Trump ma fehemietx lill-Afrikani.


Il-mexxej tal-Istati Uniti għamel l-allegat kumment f’laqgħa tal-Ħamis dwar l-immigrazzjoni iżda Trump ċaħad li uża l-lingwa rrapportata.


Huwa kien appoġġjat minn żewġ Repubblikani li kienu fil-laqgħa tal-White House, iżda s-Senatur Demokratiku Dick Durbin qal li Trump sejjaħ verament pajjiżi Afrikani “shitholes” bosta drabi u uża lingwa razzista.


Nhar il-Ġimgħa, Trump fi tweet qal li l-lingwa li huwa uża fil-laqgħa privata mal-leġislaturi biex jiddiskutu l-leġiżlazzjoni dwar l-immigrazzjoni kien “iebsa”. Imma żied jgħid li l-kliem attribwiti lilu ma kinux “il-lingwa użata”.

Trump jikkanċella żjara fir-Renju Unit

Donald Trump ikkanċella żjara ppjanata fir-Renju Unit fi Frar li ġej, fejn kien mistenni li jiftaħ ambaxxata Amerikana ġdida ta ‘$ 1 biljun (£ 738m) f’Londra.
Il-President tal–Istati Uniti fi tweet qal li ma kienx “fan kbir” tal-ambaxxata l-ġdida li se tkun qed tirriloka ruħha minn Mayfair għan-nofsinhar ta’ Londra.
Trump akkuża lill-amministrazzjoni ta’ Barack Obama għal “deal ħażin” minkejja l-fatt li l-bidla ġiet miftiehma taħt George W Bush.

Kelliem minn Downing Street qal li l-ebda data ma ġiet ikkonfermata għal xi żjara minn Trump fl-Ingilterra u li l-ftuħ tal-ambaxxata tal-Istati Uniti ‘hija kwistjoni għall-Istati Uniti’.
Is-sħubija kif sjeħilha hu; ‘b’saħħitha u profonda’ bejn il-Gran Brittanja u l-Istati Uniti mhux se ssofri minkejja li Trump ikkanċella l-vjaġġ li kien se jagħmel.
Madankollu, is-Sindku ta’ Londra Sadiq Khan, li fil-passat kellu batibekk ma’ Trump qal, li l-President tal-Istati Uniti ħa l-messaġġ li ħafna ċittadini minn Londra kienu jopponu l-politika u l-azzjonijiet tiegħu.

L-editur tal-BBC North America, Jon Sopel, qal li hemm is-suspett li trump seta’ kkanċella minħabba protesti li kien possibbilment isiru f’Londra maż-żjara ta’ Trump.

 

Maltemp fl-Amerka jikkontradixxi azzjoni ta’ Trump

Ironiku l-fatt meta wieħed jiftakar li l-President Amerikan Donald Trump ħareġ mit-trattat ta’ Pariġi dwar il-klima fl-1 ta’ Ġunju tas-sena 2017 u bħalissa, eluf kellhom il-pjanijiet tagħhom sfrattati minħabba maltempati bil-borra. Bost passiġġieri kellhom jirritornaw lura l-Ingilterra waqt li kienu fi triqthom lejn l-Amerka u bosta Ingliżi spiċċaw raqdu fl-ajruport ta’ Washington DC tul l-aħħar lejl tas-sena 2017 għall-bidu tal-2018.

Aqra aktar

Trump lest biex jirtira mill-ftehim nukleari tal-Iran

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump mistenni jneħħi l-appoġġ li hemm fi ftehim nukleari mal-Iran, filwaqt li jiżvela strateġija iktar ibbażata fuq il-konfront.

Dan il-pass mhux se jneħħi lill-Istati Uniti mill-ftehim, iżda se jagħti lill-Kungress sittin jum biex jiddeċiedi jekk jagħmilx dan billi jimponi numru ta’ sanzjonijiet.Aqra aktar

Send this to a friend