triq il-wied – One News

Notifiki

Għada filgħodu se tingħalaq parti minn Triq il-Wied fl-Imsida biex isiru xi xogħlijiet

Mill-5:00am ta’ għada s-Sibt, se tibda fażi ġdida tal-pont ta’ Triq il-Wied tal-Imsida, li fuqu tgħaddi Triq Reġjonali. Dan ikkonfermatu l-Aġenzija tal-Gvern Infrastruttura Malta, li żiedet tispjega kif bħala prekawzjoni, il-parti ta’ Triq il-Wied ta’ taħt il-pont se tkun magħluqa sal-4:30pm tas-Sibt stess. Sewwieqa li bi ħsiebhom jgħaddu mill-inħawi f’dawn il-ħinijiet huma mitluba jsegwu t-tabelli temporanji li se jkun hemm fil-qrib.Aqra aktar

Tinqaleb karozza fil-wied ta’ Birkirkara

Karozza nqalbet fi Triq il-Wied f’Birkirkara għall-ħabta tal-5.05pm għal xi raġuni li għadha mhix magħrufa.

Għad mhux magħruf jekk hemmx persuni mweġġgħin fuq il-post. Jidher ukoll li ħareġ ammont ta’ żejt mill-karozza.

Bħalissa Triq il-Wied hija bblokata bit-traffiku. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ juża toroq alternattivi.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Send this to a friend