triq buqana – One News

Notifiki

Tinfetaħ mill-ġdid Triq Buqana

 

Infrastructure Malta reġgħet fetħet il-karreġġjata tan-Nofsinhar ta’ Triq Buqana, fid-direzzjoni mill-Mosta lejn l-Imġarr u l-Imtarfa, hekk kif dan il-proġett ta’ €3.6 miljun biex it-triq tinbena mill-ġdid daħal fl-aħħar fażi tiegħu. Aqra aktar

Transport Malta bi 30 spezzjoni fi Triq Buqana

L-uffiċjali ta’ Transport Malta qed iwettqu diversi spezzjonijiet fit-toroq kollha li qed isir ix-xogħol jew tibdil infrastrutturali fihom. Filfatt, dawn l-uffiċċjali xogħlhom huwa li joħorġu direttivi u linji gwida lill-kuntratturi li jkunu qed iwettqu x-xogħlijiet f’dan it-toroq.

Kelliem għal Transport Malta kkonferma wkoll li tul l-erba’ xhur li ilu li beda x-xogħol fi Triq Buqana diġà saru mat-30 spezzjoni minn Transport Malta. Il-ġimgħa l-oħra fit-tarf ta’ din it-triq u kantuniera ma’ Triq Sir Temi Zammit tilfu ħajjithom omm u bint wara li l-vettura li kienu fiha ħabtet ma’ karozza oħra.Aqra aktar

It-triq li mill-Imtarfa twassal għall-Imġarr se titwessa’ għal żewġ korsiji

Beda x-xogħol fit-Triq Buqana, triq ewlenija taħt l-Imdina li tagħti għall-Imġarr u l-Mosta, sabiex minn korsija waħda titwessa’ għal żewġ korsiji, mill-Imtarfa sar-Roundabout tal-Imġarr.

Il-proġett b’investiment ta’ €3.6 miljun, għandu l-għan li jnaqqis il-ħin tas-sewwieqa li jivvjaġġaw minn din it-triq b’36%. Fil-fatt, ta’ kull filgħodu s-sewwieqa jħabbtu wiċċhom ma’ konġestjoni kbira ta’ traffiku, bir-residenti li jgħixu fl-Imtarfa, ir-Rabat jew l-Imdina jagħmlu kwarta mwaħħlin fit-traffiku li jingema’ f’din it-triq.Aqra aktar

ARA: Korsija ġdida bejn l-Imtarfa u l-Mosta f’Buqana

Sal-aħħar ta’ din is-sena, Infrastructure Malta ser tibda proġett ta’ titjib fi Triq Buqana, il-konnessjoni ewlenija bejn l-Imtarfa, l-Mosta u l-Imġarr, sabiex iżżid korsija għall-vetturi fid-direzzjoni tat-tramuntana u korsija għar-roti ġdida, b’tul ta’ 1.8 kilometri, fl-istess rotta.

Aqra aktar

Send this to a friend