trasport – One News

Notifiki

€2.5 miljun fi skemi għal mezzi tat-trasport iżjed sostenibbli

Il-gvern reġa’ ġedded u introduċa numru ta’ skemi finanzjarji li kif kienu imwiegħda fil-budget se jinċentivaw il-qalba fil-kultura tat-trasport għal waħda iżjed sostenibbli.

Permezz ta’ skema ġdida li għaliha l-gvern se jalloka €100,000, se tingħata għotja ta’ €800 meta jsir upgrade fil-vettura minn livelli ta’ emissjonijiet b’Euro standards baxxi (€3 jew inqas) għal €5. Il-konverżjoni hija msejħa Dual Diesel Fuel (DDF) li tuża kemm diesel u petrol fl-istess ħin.

Wara li s-sena l-oħra il-gvern investa kwazi €2 miljun favur scrappage ta’ karozzi li jniġġsu l-arja u x-xiri ta’ vettura li tniġġes inqas, din is-sena l-gvern qed jalloka €1.5 miljun . Għal din l-iskema huma eliġibbli vetturi ġodda tal-kategorija M1 jew Hybrid M1. Hawnhekk l-għotja tvarja minn waħda ta’ €800 għal €2,000.Aqra aktar

Kif spiċċaw il-bużullotti!

Din il-ġimgħa l-operatur tat-trasport pubbliku ħabbar il-figura ta’ kemm nies użaw it-trasport pubbliku fis-sena li għada kif għaddiet. 53.4 miljun passiġġier għażlu li jużaw dan il-mezz tat-trasport. Dan ifisser li qed naraw żieda ta’ 11.3% fl-użu mis-sena 2017 għas-sena 2018; żieda li tfisser aktar minn 5 miljun passiġġier minn sena għal oħra. Is-sena 2018 tfisser ukoll żieda ta’ 61.3% fl-użu tat-trasport pubbliku meta mqabbla mas-sena 2011.Aqra aktar

Il-baġit se jkompli jtejjeb l-infrastruttura

Fost il-166 miżura fil-baġit għas-sena d-dieħla, hemm uħud li se jkomplu jtejbu l-infrastruttura tal-pajjiż.

Fi Triq il-Kunvent f’Ħaż-Żabbar, waħda mit-toroq li tlestiet dan l-aħħar bħala parti mill-proġett ta’ €700 miljun, il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Ian Borg tkellem dwar il-miżuri li se jkomplu jindirizzaw l-isfidi fit-toroq Maltin u Għawdxin. Aqra aktar

Il-Gvern se jestendi diversi skemi dwar trasport alternattiv

L-iskema tal-għotja fuq roti jew roti elettroniċi li hi ekwivalenti għal refund sħiħ tal-VAT, se tiġi estiża għal sena oħra. L-iskema introdotta fil-baġit għal din is-sena, dik li jinċentiva wkoll ix-xiri ta’ muturi, scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku għal massimu ta’ €400, se tiġi estiża għas-sena d-dieħla.Aqra aktar

ARA: Inawgurat il-proġett tal-hill climb fl-Imtaħleb

Illum, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, inawguraw b’mod uffiċjali l-proġett li twettaq fl-Imtaħleb, fil-limiti tar-Rabat.

Aqra aktar

Iktar minn 800 ‘superyacht’ irreġistrat f’Malta

Waqt żjara uffiċjali f’Monaco għall-Monaco Yacht Show, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg kellu l-opportunità jiltaqa’ ma bosta esponenti tal-industrija marittima.  Il-ministru kien akkumpanjat mill-uffiċjali għolja ta’ Transport Malta.
Aqra aktar

Send this to a friend