transport malta – One News

Notifiki

“Se tixrob? Issuqx” – Titnieda l-kampanja ta’ Transport Malta għas-sigurtà fit-toroq għal żmien il-festi

Transport Malta qed tniedi uffiċjalment il-kampanja annwali tal-Milied. Minħabba li f’dawn iż-żminijiet ħafna nies jieħdu grokk tal-okkażżjoni, jiżdiedu dawk li potenzjalment isuqu taħt l-effett tal-alkoħol. Sfortunatament ħafna jirriskjaw għax jemmnu li jifilħu għax-xorb mingħajr ma jikkunsidraw il-konsegwenzi. Mhuwiex aċċettabli li ssuq wara li tixrob, il-konsegwenzi jistgħu ikunu koroh wisq. Kulħadd għandu jaħseb fil-familjari tiegħu, fih innifsu u f’dawk kollha ta’ madwaru u jevita l-inċidenti, speċjalment f’dawn iż-żminijiet tal-festi.Aqra aktar

Prijorità lis-sigurtà fit-toroq

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg fetaħ is-seminar bl-isem ‘Road Safety, everyone’s commitment’ organizzat mill-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq u Transport Malta. Aqra aktar

Kameras għal iżjed infurzar u inqas traffiku

Bħalissa madwar sittin kamera mferrxa f’bosta toroq ewlenin f’pajjiżna qegħdin jissorveljaw it-toroq ta’ pajjiżna u li permezz tagħhom uffiċjali fiċ-Ċentru ta’ kontroll ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid ikunu jistgħu jidentifikaw postijiet fejn ikun qed jinġema’ t-traffiku. Aqra aktar

Żieda ta’ 10,000 mutur fi tliet snin

Il-miżuri li daħħal il-Gvern fl-aħħar snin bil-għan li joħloq kuxjenza akbar dwar mezzi alternattivi ta’ trasport qiegħda tħalli l-frott mixtieq hekk kif f’dawn l-aħħar tliet snin Transport Malta kellha żieda ta’ madwar 10,000 mutur fit-toroq Maltin. Aqra aktar

Biex anke fuq il-baħar, tkun prudenti

Fuq il-baħar kun prudenti. Din hija t-tema tal-kampanja edukattiva li Transport Malta nediet biex tippromwovi mġiba responsabbli u sigura fuq il-bajjiet Maltin. Fit-tnedija tal-kampanja, il-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li ġew identifikati ħamsin bajja jew żona għall-għawm f’Malta li ġew immarkati b’sinjali apposta fosthom bagi biex jidħlu fihom biss l-għawwiema waqt li d-dgħajjes jibqgħu ‘l barra minnhom.Aqra aktar

Send this to a friend