trailer – One News

Notifiki

Jinstab mitt katavru f’trailer tal-friża

Trailer tal-friża li fih instab mitt katavru f’Jalisco fil-Messiku qajjem rabja fost ir-residenti, li lmentaw minħabba r-riħa.

Fil-jum tat-Tnejn, l-awtoritajiet qalu li kienu qed jippruvaw isibu l-kontejner, li kien mikri wara li l-kmamar mortwarji f’Guadalajara kienu kollha mimlijin.Aqra aktar

Jgħeleb trailer waqt li ħaddiem kien qed jgħabbi x-xogħol

Illum għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom ġewwa fabbrika fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li trailer għeleb waqt li ħaddiem kien qiegħed jgħabbi xi xogħol. B’konsegwenza t’hekk, il-ħaddiem, li għandu 40 sena, residenti Ħal Qormi, sofra xi ġrieħi. 

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Send this to a friend