traġedja | One News

Notifiki

Għaxar snin mit-traġedja tas-Simshar: It-traġedja li ħasdet pajjiż

Għaxar snin mit-traġedja tas-Simshar…fejn tilfu ħajjiethom 4 vittmi tal-baħar- Noel Carabott, Karmnu Bugeja, Abdulrahman Abdala Gedi kif ukoll iċ-ċkejken Theo Bugeja.

Kien il-Gimgħa 11 ta’ Lulju 2008 meta wara erbat ijiem fuq il-baħar is-sajda kienet lesta u għalhekk, il-lanca tas-Simshar kienet fi triqtha lejn Marsaxlokk.

Mill-intervista li kien ta fuq Xarabank, Simon Bugeja- l-unika vittma li salva minn din it-traġedja qal li kien innota duħħan ġej mill-magna fejn ftit tal-minuti wara l-kabina ħadet in-nar lhiema nar infirex u l-fjammi kienu għoljin madwar tlett sulari.  Kawża ta’ dan in-nar li ħakem lid-dgħajsa kollha mill-poppa sal-pruwa, l-istrumenti li bihom Simon Bugeja seta’ jikkomunika mal-awtoritajiet Maltin inħarqu.. u għalhekk dawn il-ħames vittmi sfaw bejn sema u ilma.- waħedhom- fil-qilla tax-xemx u l-kesħa tal-lejl mingħajr ikel u xorb.

S-Sur Bugeja kien qal li fil-lanċa tas-Simshar seħħet spluzjoni li remiet lill-5 sajjieda fil-baħar.  Minnufih huma bdew jigbru l-flixken u l-floaters biex minnhom jibnu ċatra.

Minkejja li ftit minuti wara li seħħet l-isplużjonigħaddiet minn ħdejhom skuna Taljana din baqgħat sejra u ħalliethom f’nofs ta’ baħar.

Tlett ijiem mit-traġedja tas-Simshar, Abdulrahman Abdala Gedi kien l-ewwel vittma tal-baħar dan hekk kif tilef ħajtu fl-eta’ ta’ 21 sena.

Jumejn wara l-mewt ta’ Abdul, kien imiss lil Noel Carabot t- li minħabba li ma ssaportiex aktar l-għatx, mela flixkun bl-ilma baħar u xorob nofsu- bil konsegwenza li dan għamillu d-deni. Għal xi raġuni Noel Carabott spiċċa fil-baħar imma ma rnexxielux jiġi lura ħdejn sħabu minħabba l-qawwa tal-kurrent li beda jġib miegħu il-mewġ.

Bejn sema u ilma Karmnu Bugeja – missier Simon beda jħoss li saħtu sejra lura u eventwalment tilef ħajtu.

Ma’ kull jum li beda jgħaddi, it-tama bdiet tisfaxxa fix-xejn… is-seba lejl fil-baħar kien l-aħħar lejl tal-missier Simon Bugeja u ibnu Theo.  S-Sur Bugeja rrakonta kif tilef l-ibnu f’idejh stess.  Bix-xokk li ħa, huwa intilef minn sensih- bil-konsegwenza li l-baħar ħakem il-ġisem ta’ Theo.

Sebat ijiem u sitt siegħat fil-baħar, Simon Bugeja lemaħlanċa tal-baħar- kważi mejjet bil-maġġorparti tal-organi ta’ ġsimu ma kienux qed jaħdmu sew huwa rnexxielu jgħolli ftit subgħajh biex jagħmillhom sinjal u salva.

Simon Bugeja baqa jsostni li huwa baqa’ ħaj bil-għajnuna tal-Madonna kif ukoll għaliex kellu miegħu lil ibnu Theo- li għalih huwa l-anġlu tal-baħar.

FILMAT: Traġedja doppja

Ix-xahar ta’ Awwissu, dan kellu jkun ix-xahar li jisraq żewġ ħajjiet mill-familja Turner.  Traġedja doppja għal żewġt aħwa li kellhom jgħaddu mill-istess destin kiefer li jitilfu ħajjithom fit-toroq Maltin.

Kienet ħabta fl-Imġarr li lbieraħ ħasdet il-ħajja ta’ omm ta’ tlett itfal, Janie Turner, telfa li l-familja tagħha diġà ġarrbet 24 sena ilu. Dan hekk kif oħt Janie, Carmen, tilfet ħajjitha f’qasir il-għomor fl-età ta’ 17-il sena f’inċident tat-traffiku, fl-ewwel ta’ Awwissu tal-elf disa mija tlieta u disgħin, qrib l-istess triq li tilfet ħajjitha Janie.

Żgur li ħadd qatt ma kellu jgħidilha li l-weġgħa li għexet hi, meta tilfet xi ħadd tant għażiż għaliha, kellha tkun l-istess weġgħa li qrabatha jħossu għaliha. Weġgħa li oħt Janie, li tilfet żewġt aħwa, poġġiet fi kliem fuq il-profil ta’ facebook ta’ Janie.

Aqra aktar

Traġedja li setgħet tiġi evitata

Skond dokumenti fil-pussess tal-BBC l-materjal ta’ insulazzjoni użat fir-rinnovazzjoni tat-torri ta’ Grenfell kien tbiddel għal wieħed orħos. Dokumenti żvelaw li l-materjal tal-aluminju kien inqas reżistenti mill-alternattiv taż-żingu.
B’hekk frankaw madwar £300,000. Huwa mifhmum li l-materjal użat ikkontribwixxa sabiex jinfirex in-nar iktar malajr li ħalla minn ta’ lanqas 80 persuna mejta. Madanakollu, ma hemm l-ebda indikazzjoni li din kienet deċiżjoni deliberat sabiex titnaqqas is-sigurtà.

Aqra aktar

Għaddew 10 snin minn fuq it-traġedja tal-Kamra tan-Nar ta’ Sant’Elena

Din il-ġimgħa tfakkar anniversarju ta’ dieqa kbira. Kien is-27 ta’ Ġunju ta’ għaxar snin ilu meta ħamest’irġiel tiflu ħajjithom fl-isplużjoni tal-Kamra tan-nar Sant’Elena.

Traġedja li ħatfet il-ħajja ta’ Vince Galea, Sunny Borg, Carmel Farrugia, Richard Cardona u Paul Bonnici.

Għaddew għaxar snin imma l-memorja f’moħħ in-nies tibqa’ ħajja.

Aqra aktar

Ta’ 28 sena, jinstab mejjet fil-kamra tiegħu fid-dar ta’ ommu f’Ħaż-Żabbar

Hija mewta kerha ħafna dik li kellu żagħżugħ ta’ 28 sena, li nstab bla ħajja fid-dar ta’ ommu fi Triq ix-Xgħajra f’Ħaż-Żabbar. Kollox jindika li l-mewta, li seħħet nhar is-Sibt li għadda, kienet kawża ta’ overdose ta’ droga. Ir-rapport daħal lill-Pulizija fis-19:10. Il-ġuvni kien fil-kamra tas-sodda tiegħu, fejn instab bla ħajja. Fl-istess binja kien hemm ommu u persuna oħra. Ir-raġel kellu problemi relatati mad-droga fil-passat tiegħu, iżda kien għamel programm ta’ riabilitazzjoni.

 

Michael u Eric: traġedja li issa għaddew 21 sena minn fuqha

Michael Cutajar u Eric Grima kienu żewġ żgħażagħ Melleħin mimlijin saħħa. Ħadd ma seta jobsor, lura fl-1996, li bħal llum ta’ kull sena dawk qribhom kienu se jiftakru f’mewthom.

Michael u Eric ħarġu jistadu minn ħdejn Popeye’s Village, fuq dgħajsa żgħira bil-mutur. Marru lejn l-Għadira, u huma u jduru lura lejn Popeye’s, eżatt quddim l-Armier, qabdithom maltempata kbira.
Damu madwar 28 jum mitlufin, u l-Mellieħa kollha tfittixhom. Instabu kważi ħdejn xulxin, eżatt quddiem il-bajja tal-Armier. Instabu minn sajjied u martu qrib l-art.

Qara l-mewt ta’ ħuh fil-gazzetti u ma ndunax

Illum nitkellmu ħafna dwar il-periklu li nieħdu aħbar ħażina mill-midja soċali fejn ġrajja tinfirex f’tebqa’ t’għajn. Iżda, 17-il sena ilu l-Professur Frans Ciappara qara dwar il-mewt ta’ ħuh fuq il-gazzetta għalkemm ma ntebaħx li l-vittma ta’ diżgrazzja kien proprju ħuh.

Carmel Ciappara li kellu 49 sena kien wieħed minn fost it-tliet vittmi involuti f’inċident li seħħ fiċ-Ċirkewwa. Tkellimt ma’ Frans Ciappara fl-aħħar jiem proprju fis-17-il anniversarju minn waħda mill-agħar diżgrazzji fuq il-post tax-xogħol.

“Sfortunatament dakinhar ma kontx hawn, kont imsiefer u rċivejt telefonata biex ninżel lura Malta malajr. Fuq l-ajruplan dakinhar kien hemm gazzetta li ġabet l-aħbar, bl-isem tan-nies li mietu b’kollox. Jien qed nara l-gazzetta u m’iniex ninduna li wieħed minnhom kien ħija. Meta wasalt l-ajruport imbagħad qaluli bl-aħbar kerha,” irrakkonta Ciappara.

Aqra aktar

Send this to a friend