traffiku – One News

Notifiki

Kameras għal iżjed infurzar u inqas traffiku

Bħalissa madwar sittin kamera mferrxa f’bosta toroq ewlenin f’pajjiżna qegħdin jissorveljaw it-toroq ta’ pajjiżna u li permezz tagħhom uffiċjali fiċ-Ċentru ta’ kontroll ta’ Transport Malta f’Raħal Ġdid ikunu jistgħu jidentifikaw postijiet fejn ikun qed jinġema’ t-traffiku. Aqra aktar

79 sewwieq jinqabdu jsuq b’ veloċità għolja fi Triq il-Kosta – Wieħed jinqabad għaddej b’121kph

F’operazzjoni it-taqsima tat-traffiku tal-pulizija fi Triq il-Kosta fuq aktar minn 200 vettura instab li 79 persuna kienu qed isuqu b’veloċità li taqbeż il-limitu, 2 karozzi nstab li kien hemm passiġġiera bla ċintorin tas-sigurtà, f’każ minnhom kienu t-tfal. Filwaqt li kien hemm 2 vetturi li kienu qegħdin isuq bla pjanċa tar-reġistrazzjoni. Aqra aktar

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan toħloq traffiku fl-inħawi- sewwieqa mħeġġa jevitaw iż-żona

Ħabta bejn erba’ karozzi f’San Ġiljan ikkawżat traffiku kbir fl-inħawi. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-14:45 tal-Erbgħa waranofsinhar ftit ‘il barra mill-mini ta’ San Ġiljan, direzzjoni lejn Paceville.

Sewwieqa huma mħeġġa jużaw rotot alternattivi biex jevitaw it-traffiku li nġema’ fl-inħawi kawża ta’ dan l-inċident.

18-il vittma f’17-il inċident tat-traffiku tul l-2018

Fis-sena 2018, it-toroq Maltin ħallew 18-il vittma fi 17-il inċident tat-traffiku, bi tmienja minnhom involvew mutur.

Din is-sena rat żieda fl-inċidenti fatali bil-mutur meta mqabbel mas-sena l-oħra. B’kollox, mietu sitt sewwieqa u passiġġiera.

L-ewwel żewġ inċidenti fatali bil-mutur seħħew f’Marzu, jum ‘il bogħod minn xulxin li inċidentalment seħħew ukoll fl-istess triq. L-aħħar inċident iseħħ fl-aħħar jiem tas-sena fi Triq Ħal-Qormi f’Ħal-Luqa.Aqra aktar

Filmat: Il-Pulizija u s-CPD imsejħa biex jagħtu l-għajnuna f’inċident tat-traffiku fl-Imrieħel

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għenu f’inċident tat-traffiku li seħħ is-Sibt filgħaxija fil-bypass tal-Imrieħel.

Minn filmat li kiseb one.com.mt, jidher li karozza skidjat għal fuq is-central strip fit-triq, u s-sewwieq kellu bżonn l-għajnuna biex jinħareġ mill-karozza. Għadu mhux magħruf kienx hemm karozzi oħra involuti fl-inċident, jew jekk hemmx persuni feruti kawża ta’ dan.

Send this to a friend