tracksuit – One News

Notifiki

Tisskota l-konsultazzjoni dwar l-uniformi kif inhi jew tracksuit tal-iskola

Il-ġenituri u edukaturi ta’ studenti tal-iskejjel tal-istat se jgħaddu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-uniformijiet ta’ wliedhom fit-tieni fażi ta’ konsultazzjoni li nfetħet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni. Il-ġenituri se jagħtu l-opinjoni tagħhom ukoll dwar jekk humiex favur uniformi kif inhi bħalissa jew tracksuit tal-iskola komda u sportiva.Aqra aktar

1,824 ġenitur jgħidu LE għall-uniformi u IVA għat-tracksuit

1,824 ġenitur jemmen li t-tfal għandhom imorru l-iskola bit-tracksuit.

Dawn  jemmnu li apparti l-fatt li tracksuit tnaqqas il-kesħa, it-tfal ikunu aktar liberi li jiċċaqalqu u titnaqqas it-tbatija għall-ġenituri ta’ tfal li għandhom ġenituri bi tfal bi bżonnijiet spejċali.

L-espert fid-dehra Ludwig Saliba  spjega li l-importanza mill-aspett etsetiku, filwaqt li aċċenna wkoll il-ħtieġa li l-uniformi tkun magħmulha b’mod li jkun aktar komdu għat-tfal. Spjega li mit-tfal, wieħed ma jistennix xi serjetà reġimentata bħal ma wieħed jistenna fuq postijiet tax-xogħol.

Charles Caruana Carabez, eks edukatur, wieġeb “absolutely” meta mistoqsi hemmx bżonn bidla totali fil-mod li bih inħarsu lejn l-edukazzjoni. Staqsa jekk il-preżenza tal-uniformi hix mossa demokratika jew komunista.

Dawn il-punti tqajmu waqt il-programm pjazza u li kienu diskussi flimkien ma’ Joanne Muscat, omm li ffirmat il-petizzjoni online.

Aqra aktar

Send this to a friend