tqala – One News

Notifiki

X’għajnuna tingħata mara li jkollha problemi ta’ saħħa mentali waqt it-tqala?

Il-mara tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni waqt ix-xhur ta’ tqala, kulħadd jifirħilha u jawguralha. Il-perjodu tat-tqala huwa sinonimu ma’ żmien feliċi għall-persuni li jkunu qed jistennew tarbija, bi preparamenti għall-wasla tal-wild. Dan iż-żmien jista’ jkun mument diffiċli wkoll, hekk kif madwar id-dinja, mara minn kull ħamsa tgħaddi minn tip ta’ ansjetà jew dippressjoni b’rabta mat-tqala. Id-difikultà fuq is-saħħa mentali tal-mara, tħalli effett ukoll fuq il-partner u t-tarbija.

Il-konsulent prikajtru Ethel Felice qalet li r-riċerka turi li jekk il-mara ma tidentifikax dawn il-problemi, jista’ jkun hemm problemi wkoll fuq l-effett tar-raġel u anke fuq it-tarbija.

Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li madankollu żvilupp interessanti ħafna huwa li kull fejn huwa possibbli dawn l-iżviluppi u dawn l-estensjonijiet fis-servizzi qegħdin inwassluhom eqreb lejn iċ-ċittadin. Dr. Ethel Felice hija wkoll il-kap tal-Perinatal Mental Health Clinic, stqarret li servizz simili ilu jingħata għal dawn l-aħħar għoxrin sena, iżda bl-iżvilupp tal-Perinatal Mental Health Clinic f’dawn l-aħħar ftit snin raw żieda tal-użu ta’ dan is-servizz:

“Jiena nagħmel enfas li mhux kollha huma ta’ severità qawwija, ħafna minnhom insejħula mild to moderate, li jfisser li ħafna minnhom jgħaddu waħedhom, imma hemm min ukoll, jekk ikellem lit-tabib, ikun jista’ jieħu l-għajnuna”.

Iż-żieda tal-użu mis-servizz huwa riżultat ta’ aktar għarfein dwar is-suġġett tas-saħħa mentali waqt it-tqala kif ukoll wara t-twelid. Dan jirriżulta wkoll f’tibdil soċjali u titnaqqas l-istigma fuq il-mard mentali. Minkejja li l-maġġoranza li jirrikorru għal dan is-servizz huma nisa, peró ikun hemm każijiet fejn ir-raġel ukoll ikollu bżonn l-għajnuna waqt li l-mara tkun għaddejja minn perjodu xejn faċli. Fatturi ewlenin għall-ansjetà huma l-qagħda ekonomika tal-persuna kif ukoll il-fatt li wild ġdid ibiddel l-istil tal-ħajja tal-ġenituri.

Minkejja li ħafna drabi dan kollu jkun iffukat fuq il-mara, Dr.Felice nsistiet magħna li wieħed ma jridx jinsa lill-irġiel, tant, li barra minn Malta qed tingħata importanza kbira lill-istat mentali tal-irġiel, għaliex meta l-mara tgħaddi minn ansjetà u dipressjoni, l-ewwel appoġġ li ssib huwa fil-fatt ir-raġel.

L-għajnuna li jingħataw persuni li jkunu qed jistennew tarbija twassal biex kemm il-ġenituri kif ukoll it-tarbija jkunu aktar b’saħħithom. Dr.Felice ssemmi fost l-oħrajn il-bonding, kif l-omm tmur mat-tarbija, kif tidħaqlu. “Dan għaliex, l-ewwel sena hemm l-iżvilupp tat-tarbija, kemm emozzjonalment, kemm soċjalment, u kemm fiżikament”.

Kull min qed jgħaddi minn perjodu ta’ ansjetà jew dipressjoni b’rabta mat-tqala għandu jirrikorri għal għajnuna tal-Perinatal Mental Health Clinic.

Tiskopri li missierha qassis

Sarah Thomas fl-eta’ ta’ 12-il sena tiskopri li missierha kien qassis kattoliku. Għalkemm fit-tfulija għexet f’akkwata ta’ livell bażiku, tiftakar li kellha żmien sabiħ b’ċelebrazzjonijiet t’għeluq sninha u festi relatati bħal Milied u oħrajn.

Aqra aktar

Tifla ta’ 10 snin li ġiet stuprata minn zijuha ma titħalliex tagħmel abort

Il-Qorti Suprema tal-Indja rrifjutat li tħalli tifla ta’ 10 snin li ġiet stuprata minn zijuha tagħmel abord, dan għax skont il-Qorti t-tqala tinsab fi stadju avvanzat.

Bord ta’ tobba qal lill-Qorti li fi stadju ta’ 32 ġimgħa tqala, li tittermina t-tqala hu “perikoluż.”

Il-ġenituri tagħha ndunaw li t-tifla kien se jkollha tarbija meta ġimgħatejn ilu t-tifla lmentat li għandha uġiegħ f’żaqqha u wara li ħaduha l-isptar saru jafu li kellha 32 ġimgħa tqala.

Mingħajr ma ħarġu aktar dettali tar-rapport mediku, il-Maġistrati sostnew li jekk t-tqala tiġi tterminata issa, il-ħajja tat-tifla tkun fil-periklu.

L-Ingliżi jgħidu IVA għal aktar abort

Membri Parlamentari Ingliżi vvotaw favur abbozz ta’ liġi li jippremetti l-abort f’aktar ċirkostanzi fl-Ingilterra u Wales. Il-voti kienu 172 favur u 142 kontra.

Issa l-abbozz ta’ liġi se jgħaddi għat-tieni qari nhar l-24 ta’ Mejju. Jekk jgħaddi, tidħol liġi fis-seħħ fejn l-abort ma jibqax illegali.

Fl-1967, permezz tal-Abortion Act, kien stabbilit li teħtieġ l-approvazzjoni ta’ tabib biex isir abort, u kien isir biss jekk il-persuna tqila tissodisfa ċertu kriterji. Din il-liġi sfat taħt kritika qawwija anke minħabba l-preżenza qawwija ta’ pilloli li jtemmu t-tqala li tista’ tixtrihom online. Dawn qed jinxtraw anke minn min għandu aktar minn 24 ġimgħa tqala.

L-abbozz ta’ liġi japplika biss għall-Ingilterra u Wales. Fl-Irlanda ta’ Fuq, l-abort jibqa’ illegali f’kull ċirkostanza, inkluż stupru u inċest.

Aqra aktar

Il-‘maternity wear’ ta’ Beyonce

Minn meta ħabbret it-tqala tagħha, il-kantanta Beyonce għamlet l-ewwel dehra pubblika tagħha lbieraħ, waqt il-Grammy Awards f’Los Angeles.

L-istilla ta’ 35 sena li qed tistenna tewmin kellha idea differenti għal kollox ta’ dak li huwa ‘maternity wear’!

Aqra aktar

Itemmu ħesrem studji biex l-IRĠIEL jipprevedu t-tqala

Filwaqt li kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa għandhom irwol important meta jiġu għat-tqala, ir-responsabbiltà sabiex tiġi pprevenuta normalment taqa’ dejjem fuq l-istess ġeneru.

In-nisa għandhom għażla vasta meta jiġu biex jgħażlu biex jipprevjenu t-tqala iżda għall-ġenerazzjonijiet sħaħ, l-irġiel, dejjem kienu limitati f’dan is-settur ta’ għażla.

Studju ġdid li sar ftit snin ilu kien ippublikat fil-Journal of Clinical Endocrinology and Metabolism ftit tal-jiem ilu.  Wera kif injezzjoni ormonali ġdida li tingħata lill-irġiel, taf tipprevjeni t-tqala, iżda minħabba effetti li kellha fuq l-istess pazzjenti l-istudju twaqqaf ħesrem.

Aqra aktar

€3.9 miljuni fil-fond tal-maternità

Sena wara li ġie mnedi l-fond tal-maternità, ħarġu il-formoli onlajn għar-rimbors. Dan il-fond ħaj sal-aħħar Ġunju kien fih madwar tliet miljuni u disa mitt elf ewro, ammont li mistenni jiżdied.
Kif spjegat il-Ministru Helena Dalli, dan l-istess fond qed ikun strumentali biex inaqqas id-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol.

Aqra aktar

16-il tqala adolexxenti

Din is-sena diġa’ rrikorrew għas-servizzi taċ-ċentru Għożża 16-il tfajla li lkoll inqabdu tqal fl-adolexxenza tagħhom. Qalet dan, Melanie Bonavia, li tmexxi dan is-servizz li spjegat kif mhux kull każ jiġi ttrattat bl-istess mod u dan għaliex meta tfajla tiġi kkuntattjata, wieħed irid jara l-ewwel u qabel kollox x’inhuma l-ħtiġijiet tat-tfajla f’dak il-mument partikolari.

Mal-ġurnall KullĦadd Bonavia fissret kif hemm tfajliet li x-xewqa tagħhom tkun li jibqgħu jattendu l-iskola b’mod regolari, allura tingħata għajnuna wkoll lil dawn it-tfajliet biex jintlaħaq bilanċ bejn li tkun studenta adoloxxenti u omm żagħżugħa bir-responsabbiltajiet kollha li din iġġib magħha.

Aqra aktar

Send this to a friend