tory | One News

Notifiki

Il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż f’argument jaħraq dwar Brexit

Il-kandidati għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż ma qablu xejn dwar il-kwistjoni Brexit waqt wieħed mill-ewwel dibattiti politiċi tagħhom fuq it-televiżjoni.

Mistoqsija dwar il-possibbiltà ta’ ftehim ġdid mal-Unjoni Ewropea, is-sitt kandidati għall-kariga li tħalliet vojta minn Theresa May infexxew f’argument jaħraq, fejn saħansitra wħud minnhom qalu li negozji ġodda mal-Unjoni Ewropea kapaċi jkunu diżastrużi. Argumentaw ukoll dwar jekk għandux jagħlaq il-Parlament f’Westminster sal-wieħed u tletin ta’ Ottubru li ġej, jiġifieri Jum Brexit, bil-maġġoranza tal-kandidati preżenti jattakkaw din il-proposta. Rory Stewart, li huwa wkoll il-Ministru Ingliż għall-Iżvilupp Internazzjonali qal li kien inkwetanti ferm li MP jikkunsidra li waqqaf il-Parlament għal tul ta’ żmien, għaliex hekk, il-pajjiż ma jkunx qed jirrispetta d-demokrazija.Aqra aktar

Imħabbra l-għaxar kandidati għat-tmexxija tar-Renju Unit

Ġew ikkonfermati l-għaxar kandidati finali għat-tmexxija tal-Partit Konservattiv Ingliż, b’wieħed minnhom mistenni jkun il-Prim Ministru l-ġdid. Jeremy Hunt, Domnic Raab, Matt Hancock u Michael Gove, li niedew il-kampanij tagħhom qabel l-iskadenza tan-nominazzjonijiet, jinsabu kollha fuq il-lista.

Il-Membri Parlamentari Konservattivi issa se jieħdu sehem f’sensiela ta’ votazzjonijiet sabiex il-kandidati jitnaqqsu għal tnejn. Dawn imbagħad se jaffaċċjaw lill-membri kollha tal-Partit, sabiex ikun deċiż il-mexxej il-ġdid tal-partit u tal-pajjiż.

Il-lista, li tħabbret mill-Viċi Chairman tal-Kumitat 1922 tal-Partit Konservattiv Dame Cherly Gillan, tinkludi wkoll lil Boris Johnson, Mark harper, Sajid David, Andrea Leadsom, Esther McVey u Rory Stewart. Sabiex il-kandidati setgħu jikkontestaw, ried ikollhom l-appoġġ ta’ sitt Membri Parlamentari oħra.

Send this to a friend