Tony Zahra – One News

Notifiki

Deċiżjoni fir-rotta t-tajba

L-għażla tal-AirMalta li terġa’ tiftaħ ir-rotta għal Frankfurt intlgħaqet pożittivament minn bosta, fosthom l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti.

Il-President tal-MHRA, Tony Zahra li għandu esperjenza fis-settur turistiku, saħaq dwar il-bżonn tal-linja Nazzjonali tal-ajru u kif din ta’ Frankfurt kienet bidla li xtaqu jaraw.

Aqra aktar

“Bżonn ta’ investiment biljunarju fl-infrastruttura”

 “Il-pass li jmiss huwa investiment qawwi fl-insfrastruttura,” qal hekk il-President tal-Assoċċjazzjoni Maltija għal-Lukandi u Ristoranti, MHRA, Tony Zahra dan hekk kif komplew is-sensiela ta’ laqgħat tal-Partit Laburista mal-imsieħba soċjali f’pajjiżna.
Dalgħodu id-deputat mexxej tal-Partit Laburista Chris Cardona iltaqa’ ma’ uffiċjali tal-MHRA.
Cardona spjega kif f’dan il-proċess, il-Partit Laburista qiegħed jisma’ l-proposti tad-diversi msieħba soċjali, biex fuq il-proposti tagħhom ikun jista’ jibni manifest elettorali b’saħħtu għall-elezzjoni li jmiss.

Aqra aktar

MHRA: Surplus riżultat ta’ Muscatonomics

L-Assoċjazzjoni Maltija għar-ristoranti u l-lukandiera esprimiet sodisfazzjon għall-aħbar li pajjiżna għandu surplus wara numru ta’ deċennji.  Fi stqarrija ntqal li ilhom snin jgħidu lill-gvernijiet dwar il-ħtieġa li pajjiżna jkollu surplus.Aqra aktar

Il-lukandiera urtati bl-aġir tal-piloti

Hekk kif il-bdoti tal-Air Malta llum bdew jaħdmu taħt id-direttiva ‘work to rule’ hekk kif fl-aħħar jiem l-assoċjazzjoni tal-bdoti; l-ALPA; rrifjutat laqgħa mal-amministrazzjoni tal-Air Malta fi tmiem dan ix-xahar.  L-Assoċjazzjoni tas-sidien tar-restoranti u l-lukandiera, l-MHRA appellat lil Assoċjazzjoni tal-Bdoti, l-ALPA għal kawtela.

Aqra aktar

Send this to a friend