tonn | One News

Notifiki

Filmat: investiment bejn l-operaturi tat-tonn għal baħar nadif

Sa minn sbiħ il-jum, it-tonn beda jaqbeż daqs il-mulett hekk kif għaraf li ġej l-għalf.

Sa minn kmieni filgħodu, crew ta’ ONE News segwa l-ħidma li jwettqu ta’ kuljum l-operaturi tal-fish farms.

Matul il-lejl ibaħħru bil-bċejjeċ tal-baħar tagħhom, attrezzati bl-aqwa makkinarju, sabiex jagħlfu t-ton u jnaddfu ż-żejt li jinħoloq mill-ikel li jitimgħu lill-ħut.

Fl-ibħra Maltin hawn ħames operaturi tal-fish farm, zewġ fish farms jinsabu lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta u tlieta oħra jinsabu lejn in-Nofsinhar.

Kull gaġġa għandha aktar minn elf tonn.Aqra aktar

Bil-Filmat: 4 minn 5 operaturi tat-tonn fi ftehim għal baħar iktar nadif wara diversi lmenti

Il-Federazzjoni Maltija għall-Prodotti tal-Akwakultura laħqet ftehim ma’ 4 minn 5 operaturi tal-industrija tat-tonn, lkoll Maltin, li se jirregola l-proċeduri ta’ bejniethom fil-perjodu ta’ bejn Awissu u l-aħħar ta’ Ottubru biex ikollna baħar nadif. Il-Federazzjoni laħqet dan il-ftehim wara li semgħet l-ilmenti tan-nies u l-isfida li għandu l-Gvern li jżomm bilanċ bejn l-industrija u l-pubbliku.Aqra aktar

Tiżdied il-kwota tat-tonn b’ammont sostanzjali

Waqt sessjoni ta’ Gvern li Jisma’, is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ħabbar li se tkun qiegħda tiżdied il-kwota tat-tonn b’ammont sostanzjali għas-sena li ġejja. Clint Camilleri żied jgħid li fis-sentejn ta’ wara l-kwota se tkompli tiżdied sostanzjalment, liema kwota se tiġi nnegozjata fil-ġimgħat li ġejjin.

Aqra aktar

Rilokati l-gaġeġ kollha tat-tonn ‘il barra mill-kosta ta’ Malta

Il-gaġeġ kollha tat-tonn madwar Malta ġew rilokati mili ‘l barra mill-kosta, wara li fl-aħħar ġimgħat issuktat ħidma intensiva mill-operaturi biex iċaqalqu l-infrastruttura eżisteni.

Wegħda oħra imwettqa minn dan il-Gvern, li s-sajf li għadda ta l-kelma tiegħu li dawn il-gaġġeġ tat-tonn jinħarġu ħafna iktar il-barra biex ma jkunux t’inkonvinjent għall-għawwiema flwaqt li ma jniġġsux l-ambjent marittimu.

Aqra aktar

Mistieden mhux mistenni f’Birżebbuġa

Dawn ir-ritratti ttieħdu dalgħodu f’Birżebbuġa, u juru Blue Fin Tuna li sabet ruħha fuq ix-xatt.

Espert fis-sajd qalilna li r-raġunijiet jistgħu jkunu bosta. Jista’ jkun li l-ħuta tkun mietet u jkunu ramewha tal-fish farms, jew inkella kien hemm xi ħsarat fix-xibka tal-farms u tkun ħarbet. Qalilna wkoll li każ hekk ma jiġrix spiss u ġeneralment ikun marbut ma’ xi maltempata – però llum żgur mhux il-każ.

Għalkemm id-daqs tal-ħuta jidher kbir għal dawk li mhux dilettanti, dan huwa daqs normali ta’ dan it-tip ta’ tonn.

Aqra aktar

Miljuni ġġenerati mill-industrija tat-tonn

Fl-aħħar xhur smajna ħafna b’kontroversji marbuta mal-gaġġeġ tat-tonn, iżda ftit li xejn smajna dwar l-aspetti ekonomiċi u kif Malta tinsab fuq quddiem nett f’din l-industrija.

Fuq One News Breakfast, id-direttur tal-akwakultura Tristan Camilleri spjega b’sodisfazzjon kif fl-2015 Malta rnexilha tesporta €111 miljun f’tonn, filwaqt li hemm possibiltajiet kbar li dawn il-figuri jinqabżu din is-sena.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Xena f’San Pawl il-Baħar li rari naraw

Xena mhux tas-soltu kienet dik li dehret dalgħodu f’San Pawl il-Baħar hekk kif il-maltemp u l-mewġ għoli wassal biex tonn jispiċċa viċin l-art. Kif jidher f’dan il-filmat li poġġa fuq facebook Julian Dimech, it-tonn jidher li qed isibi diffikultá biex jerġa’ joħroġ ‘il barra.
Aqra aktar

Tonn li ġihom għoli

Żewġt irġiel ingħataw multa għaliex naqsu milli jidikjaraw qabda ta’ tonn ta’ 400kg fil-ħin stipulat, ċioe 72 siegħa.

Francesco Novello, il-kaptan tal-vapur tas-sajd ‘Cyrene’ li huwa minn Salerno u Joseph Mary Fenech, id-direttur ta’ Salina Acquaculture Ltd instabu ħatja li ma infurmawx l-awtoritajiet bil-qabda li kienu għamlu fiż-żmien stipulat mil-liġi għall-bastimenti tas-sajd li jkunu waslu minn barra l-Unjoni Ewropea.

Aqra aktar

Send this to a friend