toni bezzina | One News

Notifiki

Adrian Delia ma jistax jinħeba wara l-libelli

Fi stqarrija il-Partit Laburista qal li l-Qorti tal-Appell ikkonfermat il-fatti f’każ serju li protagonist fih kien hemm Toni Bezzina, deputat tal-Partit Nazzjonalista u llum kandidat għall-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.

Toni Bezzina abbuża mill-irwol tiegħu fis-settur pubbliku meta bagħat ħaddiema tal-gvern jagħmlu xogħol fuq każin tal-Partit Nazzjonalista. Biex jaħbi dan il-każ Toni Bezzina kien saħansitra ġiegħel ħaddiema jiffirmaw dikjarazzjoni falza u sfurzata.

Dikjarazzjoni li l-ħaddiema ffirmaw frott il-biża’ mis-superjur tagħhom Bezzina. 

Quddiem abbuż bħal dan, meta kien imexxi l-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, kien ineħba wara l-libelli biex ma jieħux deċiżjonijiet immedjati dwar id-deputat tiegħu.

Iżda, issa li l-Qorti kkonfermat li dak irrapportat kien fattwali u li Toni Bezzina abbuża minn kariga pubblika l-pożizzjoni tiegħu m’għadiex tenibbli. U l-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia,  għandu jifhem li ma hemmx iktar libelli wara xix jinħeba.

Elezzjoni għall-Viċi-Kap kontra x-xewqa ta’ Delia

Iż-żewġ karigi ta’ Viċi-Kapijiet tal-Partit Nazzjoanlista se jkunu kkontestati.

Issa li għalqu n-nomini, għall-Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Parlament hemm kandidati David Agius u Edwin Vassallo. Għall-kariga ta’ Viċi-Kap għall-Affarijiet tal-Partit hemm Robert Arrigo u Toni Bezzina. Aqra aktar

Il-ħolm ta’ Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat huwa bniedem li joħlom.  Ta’ spiss ifakkarna fil-ħolma li għandu, il-ħolma li jsejħilha ħolma Maltija, u jwegħdna li din il-ħolma jrid jagħmilha realtà.  Imma Joseph Muscat hemm bżonn jifhem, li mhux kull ħolma tista’ ssir realtà.  Inutli, sur Prim Ministru, tibqa’ toħlom li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil xi darba se jgħidlek li huwa jkun lest jirriżenja jekk int toħroġ (kif jgħidu l-Ingliżi) with flying colours mill-inkjesta dwar il-każ tal-kumpanija Egrant.

Inutli tgħidlu biex ikun raġel, għax raġel mhuwiex.  Li kien raġel u żamm kelmtu, kieku illum, fuq il-lista tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista m’hemmx l-ismijiet ta’ Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Toni Bezzina, u Claudio Grech. Anzi, li kien raġel, lanqas ismu m’hemm fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

“Tkompli tesponi kemm Busuttil huwa falz”

  • Stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 F’sentenza tal-Qorti tal-Appell illum kienu kkonfermati l-fatti kollha fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina. Din is-sentenza tkompli tesponi kemm Simon Busuttil hu falz, li fuq ħaddieħor jgħid mod, iżda fuq tiegħu jagħmel mod ieħor.

Il-Qorti kkonfermat li;

Aqra aktar

SENTENZA TAL-APPELL TIKKONFERMA L-FATTI TONI BEZZINA

• Bagħat ħaddiema tal-Gvern jaħdmu fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq

• Dikjarazzjoni li talabhom jiffirmaw kienet falza

• Però nuqqas f’paragrafu ta €300 lid-deputat Nazzjonalista

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat il-fatti ewlenin kif irrapportati fil-każ ta’ meta Toni Bezzina ordna biex ħaddiema tal-Gvern jintbagħtu jagħmlu xogħol fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq.Aqra aktar

PRESSJONI BIEX JITLAQ BEZZINA

  • TA’ BEZZINA JGĦIDU LI LA MA TELAQX AZZOPARDI MA JITLAQX HU
  • SIMON BUSUTTIL UKOLL JINSISTI LI JŻOMMU

Fil-Partit Nazzjonalista teżisti pressjoni kbira biex il-kap jieħu azzjoni fil-konfront ta’ Toni Bezzina; id-deputat Nazzjonalista li mhux biss inqabad li ried jibni villa f’art ODZ iżda li skont informazzjoni esklussiva li ppubblikajna l-ġimgħa li għaddiet ivvinta tagħrif fl-applikazzjoni tiegħu biex seta’ jsaħħaħ iċ-ċans tiegħu li jibni l-villa li ried f’art naturali taħt l-Imdina.

Aqra aktar

Send this to a friend