tniġġis | One News

Notifiki

Jibdew in-negozjati bejn l-Istati Membri tal-U.E. u Miriam Dalli dwar tnaqqis fit-tniġġis mill-karozzi

L-Ewroparlamentari Miriam Dalli qed tmexxi l-Parliament Ewropew fl-ewwel taħditiet mal-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew. Dan inqas minn 24 siegħa wara li l-Ministri Ewropej tal-Ambjent adottaw l-pożizzjoni dwar it-tnaqqis tat-tniggis mill-karozzi, ingħata bidu għat-taħditiet bejn it-tliet istituzzjonijiet, fil-proċess magħruf bħalha ‘trilogue’.Aqra aktar

“Saħħet in-nies qabel kull interess ieħor”

Il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-bżonn ta’ kwalità ta’ arja aħjar, il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’setturi innovattivi u aktar vantaġġi għall-konsumaturi huma fost il-pilastri tal-ligi tal-Ewroparlamentari Miriam Dalli li għandha l-għan tnaqqas it-tniġġis minn karozzi ġodda.

F’intervista esklussiva mal-gazzetta Kullħadd, u lejlet il-vot fil-Kumitat tal-Ambjent tal-Parlament Ewropew tkellimna ma’ Dr Miriam Dalli dwar il-vot t’għada u l-isfidi li hemm.Aqra aktar

Chris Said imgiddeb fuq tniġġis f’Xatt l-Aħmar

Dak allegat mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said kien imxejjen għal kollox mill-Uffiċjali tas-Saħħa Ambjentali. Said kien qed jilmenta fuq il-midja soċjali li kien hemm ħmieġ tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Xatt l-Aħmar, Għawdex. Madanakollu, investigazzjoni li saret mid-Dipartiment ikkonfermat li ma kien hemm ebda tniġġis jew drenaġġ f’dawn l-inħawi.Aqra aktar

Operaturi jitwaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut wara materjal li infirex mal-kosta

Spezzjonijiet mid-Dipartiment tas-Sajd u l-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi ikkonfermaw li  l-maġġoranza ta’ tniġġis li ntlemaħ fl-ibħra tan-naħa t’isfel ta’ Malta ġej mill-industrija tat-tonn. B’konsegwenza, diversi operaturi tal-industrija twaqqfu milli jkomplu jagħlfu l-ħut sakemm ma jimplimentawx il-miżuri meħtieġa. Aqra aktar

Skemi li jinħatfu

  • Mijiet igawdu minn skemi ta’ Transport Malta
  • Fit-triq mijiet ta’ karozzi li jniġġsu inqas

Qed ikomplu  jkunu popolari skemi ta’ Transport Malta maħsuba biex fit-toroq Maltin ikollna vetturi iktar moderni u li jniġġsu inqas l-ambjent. Dawn l-iskemi tħabbru fil-baġit għal din is-senau l-poplu qed iweġeb għalihom b’ħerqa.  

Aqra aktar

Il-misteru wara l-klieb bluni

Attivisti li jitkellmu favur id-drittijiet tal-annimali fil-Mumbai raw xena mhux tas-soltu, hekk kif bosta klieb li jiġru fit-toroq inbidlilhom l-kulur tal-pil u saru bluni.

Kien proprju wara ftit tfittxija fiż-żona industrijali, post fejn fiha wieħed isib diversi fabbriki, fosthom chemical plants, li x’aktarx sabu r-raġuni wara dan il-misteru.

Aqra aktar

Titniedi kampanja bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik

GreenPak Coop Society qed twassal il-messaġġ lill-konsumaturi biex jgħaffġu u jirriċklaw il-fliexken vojta tal-plastik. Bil-ħsieb li jitnaqqas it-tniġġis mill-plastik, ikun ottimizzat l-ispazju fil-boroż u l-kontenituri tar-riċiklaġġ, u jiżdied ir-rati tal-ġbir tal-fliexken tal-plastik, il-kampanja “Crush Plastic Bottles” qed tiffoka fuq il-ħtieġa li jintremew sew il-fliexken tal-plastik. It-tgħaffiġ tal-fliexken tal-plastik għar-riċiklaġġ  iġib l-għarfien dwar il-ħtieġa li jitwaqqaf il-ħmieġ u jiżdied  l-użu tar-riżorsi.

Aqra aktar

Send this to a friend