tnaqqis | One News

Notifiki

Tonqos b’60% id-dipendenza soċjali

Minn meta nbidel il-Gvern kien hemm tnaqqis ta’ 60% f ’dawk li huma persuni dipendenti fuq l-assistenza soċjali. Tikkonferma dan analiżi ta’ statistika li ħarġet iktar kmieni din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) u li qabbilnieha mal-2012, l-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista. Dakinhar kien hemm 11,795 persuna li kienu jieħdu l-assistenza soċjali. F’Ġunju ta’ din is-sena l-ammont ta’ nies dipendenti mill-assistenza soċjali naqas għal 4,759. Dan it-tnaqqis ta’ kważi 60% seħħ minħabba li pajjiżna qed ikollu tkabbir ekonomiku li qed jilħaq lil dawk l-aktar fil-bżonn. Aqra aktar

Ikompli jonqos il-qgħad – tnaqqis ta’ 19.5%

Ix-xejra tat-tnaqqis fil-qgħad kompliet f’Novembru tas-sena li għaddiet. Ċifri ta’ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika pprovduti mill-aġenzija tax-xogħol Jobs Plus juru li l-ħdax-il xahar tas-sena ntemm b’1,808 persuni jirreġistraw għax-xogħol.

Aqra aktar

Jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar fit-toroq Maltin

F’analiżi li għamlet il-gazzetta Kullħadd, jidher biċ-ċar li l-proġetti infrastrutturali li saru riċentament fit-toroq, speċjalment dawk tan-naħa ta’ isfel ta’ Malta, ħallew il-frott. Dan jintwera biċ-ċar hekk kif ġie mqabbel it-tul ta’ ħin li klijent tal-ECABS kien qed idum fl-istess rotta u perjodu, bejn l-2017 u l-2018.Aqra aktar

ARA: It-tfal li jfallu l-iskola naqsu b’25%

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li l-assenteiżmu fis-sena skolastika 2016-2017 kien ftit aktar minn 25% inqas mis-sena skolastika 2012 u l-2013. L-NSO qal li l-assentejiżmu fl-iskejjel naqas minn 710,000 jum ta’ skola fis-sena akkademika 2012-2013, għal kważi 532,000 fis-sena skolastika li għaddiet.

Ras għal ras, il-jiem li tfal fallew l-iskola naqsu minn 15-il jum fl-2012-2013 għal 11-il jum fl-2016-2017, jiġiferi tnaqqis ta’ erbat ijiem ta’ skola.Aqra aktar

Il-każi ta’ pick-pocketing f’pajjiżna jonqsu bi 48%

Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, il-Pulizija rnexxielha tnaqqas kważi bin-nofs il-każijiet ta’ pickpocketing f’pajjiżna. Ċifri li kiseb ONE News juru li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena seħħu 953 każ ta’ pickpocketing. Dan ifisser tnaqqis ta’ 48% meta mqabbel mal-istess xhur is-sena li għaddiet meta seħħu kważi d-doppju tal-każijiet.Aqra aktar

Jonqsu b’aktar minn 2,000 ir-rapporti ta’ serq

 

Bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena saru 4,574 rapport ta’ serq. Dan fisser tnaqqis sostanzjali mis-snin imgħoddija, hekk kif fl-istess perjodu s-sena li għaddiet, ir-rapportI kienu ftit aktar minn 5,404 filwaqt li fl-2016 kienu saru aktar minn 6,300 rapport.Aqra aktar

Send this to a friend