tkabbir ekonomiku – Page 2 – One News

Notifiki

Ir-ritmu tat-tkabbir ekonomiku mistenni jibqa’ b’saħħtu – Il-Bank Ċentrali ta’ Malta

L-ekonomija Maltija kompliet tirreġistra tkabbir b’saħħtu ħafna matul l-2017, bil-prodott domestiku gross (PDG) reali jitla’ b’6.6%. L-attività ekonomika kienet xprunata l-aktar mill-esportazzjoni netta, filwaqt li l-kontribut tad-domanda domestika, għalkemm pożittiv, kien iżgħar. Data settorjali turi li l-attività fis-servizzi baqgħet l-istimolu ewlieni tat-tkabbir ekonomiku, għalkemm issetturi tal-manifattura u l-kostruzzjoni kibru wkoll.

Dan qalu l-Bank Ċentrali ta’ Malta li għadu kif ippubblika r-rapport annwali tiegħu għas-sena 2017, liema rapport jagħti ħarsa lejn il-politika u l-operat tal-Bank matul is-sena u jinkludi rapporti finanzjarji dettaljati.

Aqra aktar

Il-Kummissjoni Ewropea b’ċertifikat għall-gvern ta’ Joseph Muscat; iktar surplus, iktar tkabbir ekonomiku

It-tbassir ekonomiku għal pajjiżna għar-Rebbiegħa, skont rapport tal-Kummissjoni Ewropea, huwa wieħed pożittiv ħafna u li huwa possibbli biss wara li pajjiżna, taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat irnexxielu jirreġistra surplus għall-ewwel darba wara 35 sena.

Ir-rapport jinnota Malta aktar b’saħħitha, fiduċja akbar f’pajjiżna u pajjiż li minn defiċit se jkompli jesperjenza surplus u aktar tkabbir ekonomiku.

Aqra aktar

TKABBIR TA’ 5%…L-2016 REĠGĦET QABŻET L-ASPETTATIVI 

Is-sena li għaddiet kien hemm tkabbir ekonomiku reali ta’ 5%.

Dan ifisser li t-tkabbir ekonomiku kien aħjar minn dak maħsub li kellu jkun mill-esperti tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu u l-Kummissjoni Ewropea. Dawn kienu qed ibassru tkabbir ta’ 4%.

Kien l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika li kkonferma din ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku. Żewg fatturi wara t-tkabbir ekonomiku b’saħħtu ta’ pajjizna huma ż-żieda qawwija fil-konsum privat u l-andament tan-negozji.

Tkabbir ekonomiku d-doppju tal-medja taż-żona ewro

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wera kif, fit-tielet kwart tal-2016, il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna kiber bi 3%. Dan huwa kważi d-doppju tar-rata ta’ tkabbir li, skont il-Eurostat, kien hemm fiż-żona ewro fl-istess perjodu. Pajjiżna kellu t-tielet l-ogħla rata ta’ tkabbir wara Spanja u l-Islovakkja.
Aqra aktar

Erġajna bi tkabbir ekonomiku tajjeb

Fit-tieni kwart ta’ din is-sena pajjiżna reġa’ esperjenza tkabbir ekonomiku, din id-darba t-tkabbir reali kien ta’ 3%. Biex il-prodott domestiku gross għal bejn April u Ġunju ammonta għal- €2,277.6 miljun, żieda ta’ €102.7 miljun fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet.

Aqra aktar

MALTA TERĠA’ BL-IKBAR TKABBIR EKONOMIKU

Matul l-ewwel kwart tal-2016, Malta rreġistrat l-ogħla tkabbir ekonomiku minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Kontra medja ta’ tkabbir ta’ 1.8% madwar l-Unjoni Ewropea, il-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna kiber b’4.9% meta mqabbel ma’ sena qabel.Aqra aktar

Tkabbir ekonomiku erba’ darbiet iktar minn żmien il-PN  

Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku li rreġistra pajjiżna fl-ewwel kwart ta’ din is-sena hija l-aqwa waħda fl-Ewropa. Dan għax filwaqt li l-ġid nazzjonali ta’ Malta kiber b’5.2% fil-bqija taż-Żona Ewro it-tkabbir ekonomiku laħaq il-1.7% biss.

Fuq kollox din ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku hija erba’ darbiet u nofs iktar mir-rata ta’ tkabbir ekonomiku fi żmien amministrazzjoni preċedenti.Aqra aktar

Send this to a friend