tittajjar – One News

Notifiki

AĠĠORNAT BIL-FILMAT: Mara ta’ 38 sena fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’Ħal Luqa

Mara ta’ tmienja u tletin sena minn Ħal Qormi tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ttajjret minn karozza f’Ħal Luqa. L-inċiden seħħ għall-ħabta tan-nofs siegħa tas-Sibt warafnosinhar fi Triq San Vinċenz, Ħal Luqa, meta l-mara ntlaqtet minn karozza tat-tip Toyota Starlet li dak il-ħin kienet qed tinstaq minn raġel ta’ sebgħa u erbgħin sena mis-Siġġiewi.

Aqra aktar

Mara ta’ 64 sena tittajjar minn karozza f’Marsaxlokk

Olandiża ta’ 64 sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Marsaxlokk il-Ħamis waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:10pm fi Triq Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk, meta l-mara ttajret minn karozza tat-tip Peugeot Bipper misjuqa minn ġuvni ta’ 21 sena minn Ħaż-Żebbuġ. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-mara b’ambulanza l-isptar għall-kura. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Mara tittajjar f’Birżebbuġa

 

Mara ddaħħlet l-Isptar wara li ttajret fi Triq Birżebbuġa, f’Birżebbuġa, qrib il-Ġnien ta’ San Ġorġ. L-inċident seħħ għas-19:10 tal-lejla, fejn mara ta’ 35 sena li toqgħod Birżebbuġa ittajret minn Mitsubishi misjuqa minn raġel ta’ sebgħa u sittin sena li joqgħod iż-Żurrieq.

Aqra aktar

Mara ta’ 84 sena tintlaqat minn vettura f’Ħal Qormi

Mara ta’ 84 sena sfat milquta minn vettura tat-tip Peugeot 3008 misjuqa minn ġuvni ta’ 23 sena residenti Birkirkara. Il-każ ġara kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5.00 fejn il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq San Bartolomew, Ħal Qormi.

Aqra aktar

Tittajjar persuna

Żagħżugħ ta’ 22 sena minn Tas-Sliema ittajjar minn vettura fi Triq l-Industriji, f’Ħal Kirkop.

Kollox jindika li r-raġel kien se jaqsam it-triq, u tal-karozza waqaflu biex jaqsam. Ma kienx hemm komunikazzjoni tajba bejniethom, b’konsegwenza li r-raġel ittajjar. Is-sewwieq għandu 40 sena, kien qed isuq karozza tat-tip Isuzu u huwa residenti Wied il-Għajn.

Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.

 

Send this to a friend