titjiriet – One News

Notifiki

L-Air Malta ġġorr kwart ta’ miljun passiġġier f’Awwissu – l-aqwa Awwissu f’45 sena

Il-kumpanija tal-ajru nazzjonali Maltija, l-AirMalta, ġarret ftit inqas minn kwart ta’ miljun passiġġier f’Awwissu ta’ din is-sena. Il-248,358 passiġġier isarraf fl-aqwa numru li qatt irreġistrat il-kumpanija minn mindu twaqqfet 45 sena ilu, kif ukoll żieda ta’ tnejn fil-mija meta mqabbel mar-riżultati rekord tas-sena li għaddiet.

Awwissu, li hu meqjus bħala l-aktar xahar bieżel għas-settur turistiku, wera riżultati pożittivi ferm għall-kumpanija AirMalta, u dan mhux biss għaliex f’Awwissu huwa l-aktar popolari għas-safar, imma wkoll grazzi għal diversi miżuri li ttieħdu fl-istrutturar tal-kumpanija.Aqra aktar

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinawgura disa’ rotot ġodda

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ikompli b’rabtiet sodi ma’ pajjiżi Ewropej u anke lil hinn biex b’hekk isaħħaħ is-settur tal-avjazzjoni f’Pajjiżna. F’din l-ewwel ġimgħa ta’ April biss, l-ajruport, laqa’ l-ewwel titjiriet ta’ Ryanair minn disa’ destinazzjonijiet ġodda, b’erbgħa minn dawn id-destinazzjonijiet imorru fl-erbgħa ajruporti f’żewġ pajjiżi l-aktar popolari fost il-Maltin. Intant, Ryanair se jkun qed jintroduċi ukoll rotta diretta għall-Maastricht fl-Olanda.

Il-Maltin se jkollhom opportunitajiet b’titjiriet diretti lejn destinazzjonijiet popolari b’mod speċjali fix-xhur tas-sajf. Din tinkludi Thessaloniki fil-Greċja u Cork fl-Irlanda. Għal dawk li jfittxu destinazzjonijiet li joffru avventura, se jkunu jistgħu jivjaġġaw ukoll minn Malta għal Oslo, in-Norveġja kif ukoll il-Jordan.

Dawn id-disa’ rotot se jibdew joperaw bejn April u Ottubru darbtejn fil-ġimgħa, filwaqt li titjijra lejn in-Norveġja se tibda tkun kull nhar ta’ Erbgħa waqt il-perjodu tas-sajf.

Il-linja tal-ajru Ryanair mhix l-unika linja li se tespandi l-operat tagħha f’Malta. Nhar il-Ħadd li għadda l-linja tal-ajru WizzAir, varat ir-rotta lejn l-Ungerija, filwaqt li tliet rotot addizzjonali mill-kumpaniji Volotea u Qatar Airways huma skedati li jiġu varati fit-tieni ġimgħa ta’ Ġunju.

L-iskeda tat-titjiriet robusti li qed joffri l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta hija mistennija li tkun strumentali, biex għal din is-sena, l-ajruport Malti jikseb l-għanijiet tiegħu dwar l-ammont ta’ passiġġieri li jgħaddu mill-ajruport.

L-Air Malta tikber u l-passiġġieri jiffrankaw

B’ċelebrazzjoni għaż-żieda ta’ 30% fil-bejgħ tagħha l-Air Malta nediet skont ta’ massimu ta’ 30% fuq it-tariffi tal-prodott tagħha Go Smart.

Dan l-iskont ser ikun applikabbli fuq 23 rotta għal ġimgħa sat-28 ta’ Mejju 2018.

Il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta Paul Sies, ikkumenta fuq din il-promozzjoni u esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għaż-żieda fil-bejgħ li gawdiet minnha l-kumpanija.

Sostna li “Aħna tassew kuntenti li biegħejna 30% aktar postijiet meta mqabbel mas-sena li għaddiet. L-istrateġija tattkabbir tagħna li noffru aktar frekwenzi għar-rotot stabbiliti tagħna u lintroduzzjoni ta’ 19-il rotta ġdida madwar l-Ewropa, l-Afrika ta’ Fuq u lLvant Nofsani qiegħda tagħmel lill-Gżejjer Maltin aktar aċċessibbli u attraenti għal vjaġġaturi fuq divertiment u negozju. Dan is-suċċess juri l-impenn sħiħ tagħna u l-appoġġ kontinwu tagħna għall-industrija tatturiżmu lokali u għal interessi ekonomiċi oħrajn billi żżid il-konnettività għall-Gżejjer Maltin permezz tal-introduzzjoni ta’ servizzi skedati ġodda għall-Ajruporti ewlenin.”

It-titjiriet applikabbli għal dan l-iskont huma titjiriet magħżula lejn u minn Amsterdam, Brussell, Pariġi Charles De Gaulle, Pariġi Orly, Lyon, Marsilja, Tunis, Casablanca, Tel Aviv, Londra Gatwick, Munich, Frankfurt, Katanja – Vjenna, Fiumicino, Katanja, Linate, Venezja, Palermo, Comiso, Londra Southend, Cagliari, Katanja – Londra Southend u Cagliari – Londra Southend.

Din l-offerta hija valida wkoll għal vjaġġar fix-xhur popolari tas-sajf, mill-1 ta’ Ġunju 2018 sal-31 ta’ Awwissu 2018 fuq it-tariffi kollha ta’ Go Smart.

L-Air Malta tiċħad rapporti bla bażi

Fi stqarrija li ħarġet l-Air Malta irreferiet għal ċerti rapporti allarmanti fl-istampa lokali dwar id-dewmien fit-titjiriet li sofriet il-linja tal-ajru fil-aħħar jiem. Dawn ir-rapporti huma
fattwalment inkorretti u huma intenzjonati li jagħmlu ħsara mhux meħtieġa lir-reputazzjoni tajba tal-linja tal-ajru.

Is-sigurtà hija prijorità għal-Air Malta u dan qatt mhu se jinbidel, sostniet l-Air Malta. Il-linja tal-ajru topera madwar 250 titjira fil-ġimgħa. Huwa minnu li fl-aħħar jiem il-linja tal-ajru sofriet ftit dewmien f’tijiriet li kellhom effett fuq titjiriet oħra.

Uħud mid-dewmien fit-titjiriet kien minħabba natura teknika fejn l-ajruplan kellu bżonn li jkun iċċekkjat mill-inġiniera qabel itir. Din hija proċedura normali li tinstab f’kull linja tal-ajru.

Send this to a friend