tislima – One News

Notifiki

ARA: “Alla żejjen ħajjet Leli b’ħafna doni”- Qraba u ħbieb isellmu lil Leli l-Pejsa għall-aħħar darba

Erbat ijiem wara l-mewta traġika tiegħu, Leli Grech magħruf ma’ ħafna bħala l-Pejsa, is-Sibt filgħodu ngħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġiljan.

Iċ-ċelebrant ewlieni tal-funeral, Dun Ġwann Galea, li kien ukoll qrib ħafna l-familja Grech, faħħar bis-sħiħ il-ħidma ta’ Leli f’din id-dinja, fejn qal li Alla żejjen lil ħajtu b’ħafna doni, fosthom l-għaqda li kien iżomm fil-familja:

“Kunu dejjem preparati, qalilna Ġesù, għax ma tafux la l-jum u lanqas is-siegħa meta se nseħilkom. U l-każ ta’ Leli huwa propju eżempju ċar ta’ dak li qalilna Ġesù. Ma tafux, la l-jum, la s-siegħa, u lanqas iċ-ċirkostanzi”.

Leli, li kellu 65 sena u kien joqogħod Ħaż-Żebbuġ, tilef ħajtu b’mod traġiku t-Tlieta filgħodu wara li waqa’ żewġ sulari waqt xi xogħol tat-tqegħid ta’ madum li kien qed jagħmel ma’ ibnu f’kumpless tax-xiri fil-Ħamrun.

L-aħħar tislima lil Joe Grima

Il-Knisja Parrokjali taz-Zejtun tinsab ippakjata b’nies li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Ministru Joe Grima.
Fl-omelija tiegħu, Fr. Colin Apap iddeskrivih bħala persuna unika. Bniedem analitiku t’esperjenza, li ħalla impatt fix-xena politika. Huwa miet lejliet li kellu jagħlaq 81 sena. 

Send this to a friend