tisbiħ – One News

Notifiki

Jitwaqqgħu l-gabbani għal proġett li se jsebbaħ id-daħla tal-Belt Valletta

Tul dan il-lejl beda t-twaqqih tal-kjosks tal-Belt Valletta.

Is-sidien tal-gabbani fid-daħla tal-Belt bdew iżarmaw fil-bidu tax-xahar, sabiex issa beda proġett ta’ tisbiħ. Lil hinn mill-ħtieġa ta’ riġenerazzjoni fid-daħla tal-kapitali tagħna, iż-żona ta’ fejn hemm il-gabbani tnissel nostalġija ħelwa iżda wkoll sens t’ottimiżmu sabiex din iż-żona tingħata libsa iżjed idonja.

Il-proġett se jsebbaħ u jagħti ħajja ħdida lill-pjazza madwar il-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, li tinsab fl-entratura tal-Belt. Se jinkludi aċċess pedonali għall-pjazza kollha u se jkunu imħaddma aħjar l-għadd kbir ta’ servizzi li bħalissa qed jingħataw miż-żona.

Il-funtana nfisha se tkun restawrata. Il-proġett se jerġa’ joħloq rotot ta’ kif jgħaddi t-traffiku, billi jinħolqu żewġ toroq ġodda. Barra minn hekk, il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għall-alterazzjoni interna u esterna tal-post magħruf qabel bħala s-Suq tal-Belt Valletta.

Aqra aktar

Approvat xogħol ta’ tisbiħ fil-foss tal-Belt Valletta

L-Awtorita’ tal-Ippjanar approvat xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-foss tal-Belt Valletta , xogħlijiet li se jkunu qed jikkumplimentaw  il-proġett li se jsebbaħ u jagħti ħajja ġdida lill-pjazza madwar il-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, li tinsab fl-entratura tal-Belt.

Aqra aktar

Send this to a friend