tipjip | One News

Notifiki

“Be smart, don’t start!”

 

Fis-sena 2016, 13% tal-imwiet kienu kawza tat-tipjip.

F’Malta hawn 20%tal-popolazzjoni Maltija li tpejjep. Tnaqqis ta’ 10% meta mqabbel mal-2002.

Bil-għan li d-dipartiment tal-promozzjoni tas-saħħa iqajjem aktar kuxjenza dwar l-effett ħazin tat-tipjip fuq saħħet il-persuna, tnediet il-kampanja – Be smart, Don’t start.Aqra aktar

Jiżdiedu l-persuni esposti għat-tipjip passiv

Iktar minn wieħed minn kull erbgħa  persuni li jaħdmu fuq ġewwa qed ikunu esposti għall-tipjip passiv fuq il-post tax-xogħol. Żvelat dan riċeka ġdida preżentata fil-Kungress Internazzjonali tas-Soċjetà Respiratorja Ewropea. 

L-istudju magħmul minn riċerkaturi mill-Imperial College London ħares lejn it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, li fil-maġġoranza tagħhom għandhom liġijiet li jiproteġu lill-ħaddiema minn tipjip passiv.Aqra aktar

Il-President tal-Filippini jipprojbixxi t-tipjip f’postijiet pubbliċi

Il-President tal-Filippini, Rodrigo Duterte ffirma ordni eżekuttiva fejn ipprojbixxa t-tipjip f’postijiet pubbliċi madwar it-tieni l-aktar pajjiż populuż fix-xlokk tal-Asja, fejn qed titqies bħala waħda mill-aktar liġijiet stretti kontra it-tipjip fir-reġjun.

Din il-projbizzjoni, li saħansitra persuna li tinqabad tikser il-liġi tista’ teħel sa massimu ta’ erba’ xhur ħabs u multa ta’ $100, tapplika kemm għal tipjip fil-pubbliku u kif ukoll fuq ġewwa.

Aqra aktar

Mistenni jiżdied in-numru ta’ persuni li jmutu kawża tat-tipjip

Wieħed minn kull għaxar imwiet madwar id-dinja huwa kkawżat mit-tipjip. Dan skont studju maġġuri ġdid, li juri kif l-epidemija tat-tabakk għad fadlilha biex tintemm u li t-theddida għall-ħajja qed tkompli tinfirex.

Fl-2015 kien hemm kważi biljun persuna li tpejjep, minkejja l-ħafna policies fuq il-kontroll tat-tabakk addottati minn ħafna pajjiżi.Aqra aktar

Daqshekk tipjip fil-karozzi

Mil-lum Malta se tkun is-sitt pajjiż fl-Unjoni Ewropea li se ddaħal liġi li tipprojbixxi t-tipjip fil-karozza fil-preżenza tat-tfal. It-tfal ikollhom l-organi tagħhom żgħar, bħal pulmun, u għalhekk it-tipjip passiv jagħmel aktar ħsara. F’postijiet żgħar magħluqa bħalma hi karozza, il-ħsara mit-tipjip passiv hija agħar.

L-avviż legali li se jipprojbixxi t-tipjip fil-karozza bit-tfal tressaq f’Novembru, filwaqt li l-liġi se tkun infurzata mil-lum. Min jinqabad ipejjep f’karozza mat-tfal jeħel multa ta’ €50. F’pajjiżna 20% tal-adulti jpejpu, filwaqt li t-tipjip huwa attribut għal 13% tal-imwiet f’pajjiżna.

Se ssuq? Jekk int jew ta’ ħdejk tpejpu bit-tfal magħkom, min-nhar il-Ħadd teħlu multa

Min-nhar il-Ħadd, l-1 ta’ Jannar 2017, tidħol fis-seħħ il-liġi li se twassal għall-projbizzjoni ta’ tipjip f’karozzi privati li fihom ikun hemm ukoll tfal taħt is-16-il sena.

Minn wara l-1 ta’ Jannar jinqabad ipejjep f’karozza privata li fiha jkun hemm il-minuri, li għal dan il-Att huma tfal taħt is-16-il sena, se jeħel multa ta’ €50. Mhux biss is-sewwieq jista’ jeħel din il-multa iżda anke passiġġier li jpejjep f’karozza li fiha jkun hemm it-tfal.

Aqra aktar

Il-Maltin ipejpu aktar mill-Ewropej

Hawn Malta, aktar nies ipejpu t-tabakk mill-medja Ewropeja, b’24% taċ-ċittadini li għandhom aktar minn ħmistax-il sena jikkunsmaw it-tabbakk.Statistika tal-Eurostat turi li persuna minn kull erbgħa li għandha ‘l fuq minn ħmistax-il sena fl-Unjoni Ewropea tpejjep it-tabakk filwaqt li persuna minn kull ħamsa hija meqjusa bħala passive smoker, jiġifieri tkun fil-preżenza ta’ nies li jpejjpu.
Aqra aktar

€50 multa jekk issuq u tpejjep fil-karozza bit-tfal – €50 anke jekk ma tkunx qed issuq

Dalgħodu ġiet imnedija kampanja kontra t-tipjip fil-karozza, bit-tema “You smoke…they smoke”. Din kienet miżura mħabbra fil-baġit għas-sena d-dieħla. 
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne spjega li f’Novembru se jkun ippublikat avviż legali li ma jippermettix lil adulti jpejjpu fil-preżenza ta’ minuri – tfal ta’ taħt is-sittax-il sena. Jekk jiġri dan, wieħed jeħel multa ta’ €50.
Jekk mintix ix-xufier iżda tpejjep fil-karozza, jeħel €50 multa ix-xufier, u inti teħel €50 oħra.

Send this to a friend