GreenPak b’suċċess fil-ġbir ta’ fliexken minn ristoranti  

Is-servizz ta’ kuljum tal-ġbir ta’ fliexken tal-ħġieġ minn bars u ristoranti tul il-perjodu tal-Milied kien suċċess, b’iktar minn 3,960 kilo’ ta’ fliexken miġbura f’temp ta’ ġimgħatejn mill-Front tal-Gżira sa San Ġiljan.

Li kieku dawn il-fliexken tal-ħġieġ ma nġabrux għar-riċiklaġġ, kienu jispiċċaw fil-miżbliet (landfills), u jkomplu jagħfsu fuq il-ħtieġa li Malta għandha għal iktar depożitarji tal-iskart.

Aqra aktar

Xammru l-kmiem u naddfu Ġnien l-Għarusa tal-Mosta

Impjegati ta’ Nectar taw sehemhom biex Ġnien l-Għarusa tal-Mosta fiż-żona ta’ Santa Margerita, il-Mosta, jitnaddaf u jerġa’ jkun f’kundizzjoni xierqa biex jitgawda mill-komunità.

Ippreparati b’boroż ħodor u bio-degradable, ingwanti, pwali u għodda oħra, il-membri tal-istaff ġabru l-iskart f’boroż u f’kontenituri tal-iskart.

Aqra aktar

Sena ġdida, l-istess vizzji ħżiena

Din hija x-xena f’Paceville wara ċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena. Wieħed jista’ jgħid li t-toroq kienu miksija bi skart li flok intrema fir-reċipjenti tal-iskart, tħalla jiġri fit-toroq. Dan ifisser li l-ħaddiema mid-Direttorat tas-Servizzi u Tindif ħadmu bla heda biex dan l-iskart jinġabar u t-toroq tagħna jkunu nodfa.

Aqra aktar

Tunnellati ta’ skart jitneħħew mill-Inwadar

Fdalijiet tal-kostruzzjoni, madum, banjijiet, fridges, apparat elettroniku u kull xorta ta’ skart. Din kienet ix-xena li tapnet is-sbuħija tal-Inwadar fil-limiti ta’ Marsaskala, hekk kif maż-żmien dan il-post serva ta’ miżbla, b’wħud jiddeċiedu li jarmu dak kollu li m’għandhomx bżonn f’din iż-żona.
Aqra aktar

Tindifa kbira l-Inwadar

Fdalijiet tal-kostruzzjoni, madum , banjijiet, fridges, apparat elettroniku u kull xorta ta’ skart. Huma dawn ix-xeni li kellhom ittapnu s-sbuħija tal-Inwadar, limiti ta’ Marsascala, hekk kif maż-żmien dan il-post serva ta’ miżbla, b’whud jiddeċiedu li jarmu dak kollu li m’għandhomx bzonn hemhekk. Kien ghalhekk li l-Gvern ħabbar li jwaqqaf l-ewwel park naturali nazzjonali matul din il-leġislatura, u anke waqqaf kumitat ta’ gwida biex iħejji ix-xogħol għall-pjan tal-immaniġjar tal-park u l-qafas ta’ tmexxija.

F’konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu ingħad li l-ewwel pass biex ikun imħares dan l-ambjent naturali huwa t’tindif tal-post. Huwa maħsub li se jkunu tneħħew mal-erbgħa mitt tunellata ta’ skart bl-interventi li saru fix xhur li għaddew u bil-ħidma li għada għaddejja.

Aqra aktar

Jinġabar mal-177 tunnellata ta’ skart wara l-maltemp

  • Tindif fil-bajja tal-Għadira
  • Tindif fil-bajja tax-Xemxija
  • Titneħħa l-alka minn ħdejn il-pont tal-Gillieru
  • Tindif fil-bajja ta’ San Ġorġ f’Paceville
  • Tkompla t-tindif fit-toroq arterjali

Dak li kien temp sabiħ għal dawk li jħobbu temp Xitwi, għal oħrajn din il-grigalata kienet tfisser biss ħsara u xogħol ta’ tindif. Wara l-maltemp li ħakem lil pajjiżna, wieħed japprezza u jirrikonoxxi l-ħidma tad-Direttorat tat-Tindif li ħadem biex ineħħi kull tip ta’skart u terrapien – minn siġar imqaċċta għal ċnut mwaqqgħin, strutturi mkissrin u kull tip ta’ skart ieħor.
Aqra aktar

Il-makkinarju tad-direttorat tat-tindif MHUX BIŻŻEJJED biex titnaddaf l-istraġi

“Hija ħidma diffiċli ħafna” – hekk iddeskriva ħidmet id-direttorat tat-tindif id-direttur Ramon Deguara.

Spjega li l-bieraħ filgħaxija d-direttorat ġie mgħajjat mis-servizzi tal-emerġenza biex jiftħu toroq. Dalgħodu kien hemm bżonn għajnuna addizzjonali biex ikunu jistgħu jinfetħu aktar toroq.

Bħalissa, minbarra l-makkinarju kollu tad-direttorat tat-tindif, qed jintuża l-makkinarju kollu mill-Ministeru għat-Trasport.

Aqra aktar

€400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif

Fi tliet snin, id-Direttorat għat-Tindif fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura għamel investiment ta’ €400,000 f’makkinarju biex pajjiżna jkun aktar nadif.

Għall-ewwel darba qed isiru laqgħat regolari mal-istakeholders kollha involuti, flimkien ma’ kunsilli lokali, li żgur matul ix-xhur tas-sajf ma jistgħux ilaħħqu waħedhom ix-xogħlijiet tatindif.

Fil-fatt, fil-ġranet li għaddew, id-Direttorat wasal fi ftehim mal-kunsilli lokali u l-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Monti biex ikun hemm koperazzjoni fit-tindif ta wara l-monti f’diversi lokalitajiet, sistema li trid tiġi reveduta biex ikun hemm regoli ċari għall-bejjiegħa tal-monti.

Aqra aktar