tinda – One News

Notifiki

“L-istess persuni li ħolqu l-problemi ta’ pajjiżna ma jistgħux isolvuhom” – JM

“L-istess persuni li ħolqu l-problemi ta’ pajjiżna ma jistgħux isolvuhom.”

Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat taħt it-tinda f’Ħal Tarxien. Dan b’referenza għal Simon Busuttil u l-kandidati ewlenin tal-Partit Nazzjonalista li meta kienu fil-Gvern, wara l-elezzjoni għamlu dak li ma qalux li se jagħmlu qabel l-elezzjoni.

Dan għaliex “dawn in-nies huma l-istess nies li għal tant snin kienu jgħidu lil poplu mod u jagħmlu oħra.” Joseph Muscat fakkar lin-nies kif Gvern Nazzjonalista, li parti minnu kien hemm Simon Busuttil għolla l-VAT, il-bolla u l-kontijiet. Affarijiet li qabel l-elezzjoni ma qalx lil poplu.

Aqra aktar

“Għażla bejn min iġib ir-riżultati u min jinganna” – JM

“L-għażla hija ċara, bejn moviment li jaf x’qed jgħid u qed jagħmel proposti realistiċi jew min irid mill-ġdid jinganna lil dan il-pajjiż u jfalli.”

Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat fid-diskors tiegħu taħt it-tinda f’Santa Luċija. B’referenza għall-proposta ta’ Simon Busuttil dwar iż-żieda fil-pensjoni minima, l-Prim Ministru u Mexxej Laburista qal li l-kalkoli ta’ Busuttil li jmorru żmerċ b’aktar minn €12-il miljun juru li Simon Busuttil ma jafx imexxi l-ekonomija ta’ pajjiż u li dan huwa effett sintomatiku ta’ koalizzjoni ta’ konfużjoni li qed tgħid li trid tmexxi l-pajjiż. Muscat saħaq li kif jgħid il-Malti “vapur b’żewġ kaptani ma jimxiex.”

Aqra aktar

#Next5 – Iż-żgħażagħ lesti għal ħames snin oħra ta’ Gvern Laburista

  • #Next5 – Titnieda l-kampanja taż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ Laburisti llum nedew il-kampanja tagħhom għall-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017. Bl-islogan ta’ #Next5, il-Forum żgħażagħ Laburisti flimkien ma’ eluf ta’ żgħażagħ oħra jinsabu lesti biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.

Il-President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Alex Saliba, spjega ma’ one.com.mt li dan l-islogan juri l-kontinwità li għandu bżonn dan il-pajjiż sabiex fil-ħames snin li gejjien inkomplu nibnu fuq dak li diġà beda l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru sabiex verament jasal l-aqwa żmien ta’ pajjiżna. Alex Saliba ħabbar ukoll li s-sit il-ġid tal-kampanja taż-żgħażagħ next5.info

Aqra aktar

“Gvern Laburista għamel ħafna pożittiv, u hekk se jkompli jagħmel”

“Ħaddieħor jibgħat il-kontijiet intom tibgħatu ċ-ċekkijiet,” dan kien il-kumment ta’ raġel li ltaqa’ miegħu l-Prim Ministru llum f’Ta Xbiex.

Kumment li fi kliem il-Prim Ministru jispjega d-differenza bejn l-Oppożizzjoni u Gvern Laburista. Hawnhekk, il-Mexxej Laburista ta elenku ta’ waħda mill-ħames wegħdiet ewlenin, dik ta’ inqas taxxi.

Joseph Muscat qal li “filwaqt li ħaddieħor qed jitkellem dwar negozji biss, b’dawn il-miżuri se nkunu qed ngħinu lil sidien ta’ negozji, self-employed u kull min joħroġ filgħodu biex jaħdem. Sa tmiem din il-leġiżlatura l-inqas ċekk li tista’ tirċievi huwa ta’ €200 filwaqt li l-iktar huwa ta’ €340.” Din il-proposta se tkun qed tagħti tax refund lil kull min jaħdem u jaqla’ sa €60,000, jiġifieri se jkunu qed jibbenefikaw minna madwar 190,000 taxpayer.

Il-Prim Ministru taħt it-tinda fir-Rabat sostna li l-wegħdiet imħabbra mill-Partit Laburista huma kollha costed u spjega li l-ewwel pass kien li jiġi diskuss internament li l-proposti tal-Partit Laburista jkunu jagħmlu sens u jistgħu jitwettqu. Il-Prim Ministru tenna li Gvern Laburista huwa ukoll kredibbli għaliex fi żmien erbà snin għamel numru ta’ kisbiet importanti.

Aqra aktar

Send this to a friend