timeshare – One News

Notifiki

Il-Pulizija b’gelgul ta’ rapporti ta’ klijenti migduma minn kumpanija tat-timeshare

 

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga aktar minn 100 rapport li saru minn konsumaturi li allegatament ingidmu eluf kbar ta’ ewro mill-kumpanija ‘Rediscover The World’ li kienet toffri servizzi ta’ Time Share.

ONE NEWS jinsab informat li l-Iskwadra speċjalizata tar-Reati Ekonomiċi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija qeda tinvestiga dawn ir-rapporti li qed jidħlu f’għadd ta’ għases b’mod partikolari dik tal-Mosta. Bosta rapporti saru lill-Pulizija wara l-investigazzjoni li wettaq ONE NEWS li minnha rriżulta li kienu bosta l-konsumaturi li tħallew lampa stampa jistennew flushom lura. Aqra aktar

ARA: Jallegaw li ngidmu eluf kbar minn kumpanija tat-timeshare

Il-Pulizija qed tinvestiga bosta rapporti li saru minn Maltin wara li allegatament ingidmu eluf ta’ ewro mill-kumpanija ‘Rediscover the World – Platinum International Services’ li kienet toffri servizzi u offerti ta’ timeshare.

Fl-aħħar jiem għexieren ta’ persuni lmentaw ma’ ONE NEWS li sfaw migduba mill-kumpanija li kienet topera minn ħanut fil-Mosta bl-isem ‘Escape from Malta’.

Bi tweġiba għal sensiela ta’ domandi minn dan l-istazzjoni, il-Pulizija kkonfermat li rċeviet diversi rapporti dwar dan l-allegat każ.Aqra aktar

Send this to a friend