tim nazzjonali malti | One News

Notifiki

Iż-Żażu u Michael Mifsud ma jaqblux

Il-kowċ u l-captain tat-tim nazzjonali Malti kellhom ħsibijiet differenti dwar min għandu jkun l-aqwa plejer tas-sena fl-unuri tal-Fifa li ngħataw ilbieraħ.

Għal Ray Farrugia, iż-Żażu, l-aqwa plejer kien Luke Modric. Dak li fil-fatt rebaħ l-unur. Iżda, għal Michael Mifsud kien Eden Hazard u Modric it-tieni l-aqwa.

Lanqas fuq il-kowċ ma’ qablu. Għal Mifsud kien Zinedine Zidane li rebaħ iċ-Champions League b’Real Madrid u għal Ray Farrugia kien Didier Deschamps li rebaħ it-Tazza tad-Dinja bi Franza. Eventwalment l-unur interbaħ minn Deschamps.

Biex fiż-żewġ każi kien hemm iktar jaħsbuha bħal kowċ milli bħal captain.

Mistenni jkun l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Malti

Sorsi viċin din il-paġna kkonfermaw magħna li l-ex-kowċ ta’ Gzira United F.C. u Hibernians FC Branko Nisevic mistenni li jkun l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Malti biex b’hekk jassisti lil Ray Farrugia li nħatar kowċ tat-tim nazzjonali Malti aktar kmieni din il-ġimgħa.

Nisevic m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni għal futbol Malti wara li lagħab u saħansitra mexxa timijiet f’pajjiżna u anke kien kowċ tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-19 il-sena.

Il-futbol Malti għandu bżonn ċaqlieqa mill-qiegħ

Bħala persuna li nsegwi b’attenzjoni l-futbol Malti, nemmen li dan l-isport għandu bżonn ċaqlieqa mill-qiegħ.

Ċertament li mhu qed ngħid xejn li qatt ma smajna, iżda ħafna drabi dejjem nitkellmu fuq il-ħtieġa ta’ bidla fil-futbol mill-perspettiva tal-kwalità tal-players Maltin, kemm hemm Maltin li jilgħabu barra pajjiżna, il-kwalità tal-kampjonat, il-livell ta’ barranin li jilgħabu fil-kampjonat tagħna u l-livell tal-infrastruttura li ngawdu minnu.

Jien nemmen li hemm aspetti oħra li wieħed għandu jħares lejhom. Wieħed minnhom huwa l-livell tal-uffiċjali tal-logħba. Hemm bżonn li sabiex il-futbol Malti jkompli jipprogressa, ikun hemm uffiċjali tal-logħba li jkunu preparati aktar, li jkun hemm aktar kontabilità fuq l-andament tagħhom fil-logħba u l-follow-ups li jsiru wara. Ma rridx niġġeneralizza, hawn referees li huma tajbin ħafna, meta tqis kemm trid tkun spedit biex tieħu deċiżjoni waqt logħba futbol, u bħal kull bniedem ieħor huwa suxxetibli li jagħmel żbalji, liema żbalji tagħhom jidher aktar, iżda trid tara jekk ikunx hemm konsistenza f’ċertu żbalji li ħafna drabi jikkastigaw l-istess timijiet.

Aqra aktar

Jintgħażel it-tim nazzjonali għall-kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran

Il-Malta Tenpin Bowling Association ħabbret l-għażla tat-Tim Nazzjonali għall-Kampjonati tal-Bowling tal-Mediterran li jmiss. Il-kampjonati jsiru kull sena f’April u huma miftuħin għall-Pajjiżi Mediterranji kollha. Kull pajjiż se jibgħat tim ta’ 4 bowlers, żewg irġiel u żewġ nisa.

Il-proċess tal-għażla kien ibbażat fuq 24 logħba. Ir-rebbieħa huma Sue Abela, Sara Xuereb, Mauro Anastasi, Justin Caruana Scicluna.  L-erbgħa li huma għandhom esperjenza vasta f’dawn il kampjonati tal-Mediterran u huma lkoll rebbieħa ta’ diversi medalji fil-passat.  Fil-fatt, Sue Abela ikontestat rekord ta’ 20 edizzjoni u hija l-aktar bowler li qatt rebħet medalji f’dawn il-kampjonati.

It-tim Malti kien rebaħ 5 medalji fl-aħħar edizzjoni li saert ġewwa s-Slovenja, liema medalji poġġew lil Malta fil-quċċata tal-lista tal-medalji mirbuħa fl-edizzjonijiet kollha precedenti, b’rebħ ta’ 39 medalji tad-deheb f’għoxrin edizzjoni. Il-Greċja tinsab fit-tieni post segwita minn Franza u mill-Italja. It-team Malti qed jitħarreg bis-serjetà ħalli jiddefendu l-ewwel post tagħna.

L-edizzjoni tal-2018 ser issir fit-Turkija.

Send this to a friend