tiġrif – One News

Notifiki

Jason Azzopardi kontra d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi l-permessi ta’ twaqqigħ u skavar

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi b’mod immedjat il-permessi għat-twaqqigħ u skavar. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan il-Ħamis wara li ġġarrfet binja fil-Gwardamangia, fejn b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’.

Id-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern ma niżlet xejn tajjeb ma’ Azzopardi, tant, li fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, iddeskriva d-deċiżjoni tal-Gvern bħala ‘azzjoni popolista’.

“Kien hemm paniku kbir, ir-rogħda għadha fuqi”- residenta oħra tiddeskrivi l-mument li ġġarrfet il-binja fil-Gwardamangia

Janet Walker, residenta oħra fit-triq li fiha ġġarfet binja l-Ħamis filgħodu ddeskriviet kif malli nħass it-theżżiż mexxiet il-familja kollha tagħha ‘l barra mill-binja. Hija toqgħod biswit il-binja li ġġarrfet.

F’kummenti ma’ ONE News, Walker qalet li kemm-il darba ressqet ilmenti dwar l-istat tal-bini, iżda qalet li ma tteħditx azzjoni. Hija żiedet tgħid li dak il-ħin inqala’ paniku kbir, u li issa, l-inkwiet ta’ dawn il-familji huwa fejn se jitfgħu rashom.Aqra aktar

L-MDA tgħid li se tappoġġja kull azzjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar

L-Assoċċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin qalet li se tappoġġja kull azjoni li jieħu l-Gvern dwar xogħlijiet ta’ skavar. Dan b’reazzjoni għat-tiġrif tal-binja fil-Ħamrun aktar kmieni l-Ħamis.

Fi stqarrija, l-MDA ingħaqdet ma’ diversi membri mill-pubbliku u appellat biex tittieħed azzjoni urġenti dwar din il-kwistjoni. Hija żiedet tappella biex l-awtoritajiet iwaqqfu Steering Committee biex ikunu mfassal regoli dwar siti ta’ kostruzzjoni. Dawn ir-regoli jorbtu lil dak li jkun biex jinvestiga dwar l-istabbiltà tal-binjiet u jfassal modi ta’ kif dawn jistgħu jkunu protetti.

“Proset perit… Jiena għidtlek biex tieqaf u int qed tkompli taħdem”- Residenta fil-blokka

Residenta li tgħix fil-blokka tal-appartamenti li dalgħodu ġġarrfet fil-Gwardamangia kienet ilha ġimgħat tilmenta mix-xogħlijiet li kienu għaddejjin fis-sit ta’ kostruzzjoni biswit darha. Madwar xahar ilu, fuq Facebook, Janet Walker tellgħet żewġ filmati twissi lill-ħaddiema u lill-perit responsabbli mix-xogħol li kienet se tispiċċa bla saqaf fuq rasha minħabba x-xogħlijiet li kienu għaddejjin.

F’filmat li tellgħet fuq Facebook hija tidher teħodha ma’ wieħed mill-ħaddiema tal-kuntrattur u twissih biex jieqaf mix-xogħlijiet ta’ skavar minħabba l-ħsara li kienet qed issirilha fi ħwejjiġha. Madankollu x-xogħlijiet baqgħu għaddejjin sakemm dalgħodu ġġarraf il-ħajt tal-appartament t’isfel.

Messaġġ fuq Facebook ta’ Walker li ttella’ fit-8 ta’ Ġunju li għadda staqsa kemm iridu jweġġgħu persuni biex tittieħed azzjoni. Walker żiedet tgħid li wieħed irid jaħdem ħafna biex daru tkun protetta, u jrid jagħmel tajjeb għall-ispejjeż ta’ periti u ta’ avukati, fost l-oħrajn.

“U meta tweġġa’ jew tmut, min se jagħmel tajjeb?”, żiedet tistaqsi Walker, li nnutat ukoll li l-Pulizija ma jistgħux jidħlu fil-każ sakemm ma jkollhomx karta mingħand perit li jiddikjara li l-post mhux sigur.

Ir-raġel li deher fir-ritratt jidher li ma kellu x’jaqsam xejn ma’ dan il-każ.

Ara wkoll:

FILMAT: jiġġarraf ħajt ta’ binja ta’ appartamenti fil-Ħamrun

 

Ikompli jiżvolġi l-każ tal-ajruplan Franċiż li ġġarraf Malta sentejn ilu

Ħames aġenti tas-servizzi sigrieta Franċiża li mietu abbord l-ajruplan Fairchild Metroliner f’Ottubru ta’ sentejn ilu, kienu jagħmlu parti minn tim ta’ sorveljanza bl-operazzjonijiet tagħha jitmexxew minn dar f’Ħal Balzan.

Żvelat dan il-gażżetta MaltaToday wara li informazzjoni ġdida kixfet kif b’kollox 9 aġenti tas-servizzi sigrieta Franċiżi kienu qed jużaw lil Malta bħala bażi sabiex jissorveljaw armi Franċiżi fi triqithom lejn il-Libja.Aqra aktar

Send this to a friend