tigne – One News

Notifiki

Raġel iweġġa’ wara li waqgħet blata fuqu

Raġel ta’ 49 weġġa’ wara li waqgħet blata fuqu waqt li kien qed isir xogħol ta’ tqattiegħ tal-blat. L-inċident seħħ fl-inħawi ta’ Tigne f’Tas-Sliema għall-ħabta tal-10:00. Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma ambulanza b’tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar minħabba ġrieħi li ġarrab f’rasu.Aqra aktar

Taljan isofri ġrieħi gravi f’Tas-Sliema

Illum għall-ħabta tal-ħamsa u kwart 5.15pm, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fl-inħawi ta’ Tigne’ Point, tas-Sliema.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li taljan ta’ madwar 35 sena waqa’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

 Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Il-Libjan “ta’ Tigne Point” jgħid li ħa r-ritratti tat-tfal għax se jsir missier

Skont l-Imam, Mohamed El Sadi, il-Libjan li fi tmiem il-ġimgħa ħa r-ritratti ta’ ulied it-tabib Jan Chircop bl-iktar mod suspettuż għamel hekk għax qed jistenna tarbija. L-Imam kiteb dan fuq facebook tiegħu wara li qal li ilu jipprova jiltaqa’ miegħu minn tmiem il-ġimgħa u ltaqa’ miegħu b’kumbinazzjoni. Qal li l-Libjan, Mohammed Eldakhyl, jaħdem ma’ kumpanija Libjana li għandha investiment Malta u jidher mistħi u kwiet.

Skont l-Imam kien mill-ewwel darba li ra r-ritratt tal-koppja li nduna li huma innoċenti.

Aqra aktar

Send this to a friend