tifla | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Mia O’Connell lura d-dar

Mia O’Connell ta’ 12-il sena instabet u rritornat lura d-dar wara li kienet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija.

Hija dehret l-aħħar it-Tnejn filgħodu lejn l-iskola St. Catherine’s f’Pembroke għall-ħabta tat-0750hrs. It-tfjala għandha għajnejn blue u xagħar nokkli.

L-aħħar li kienet tider liebsa l-uniformi tal-iskola li hi ta’ kulur blue bi strixxa ħamra fil-ġenb kif ukoll kellha basket griż.

Il-Pulizija tirringrazzja lil kull min għen biex tinstab it-tfajla.

Illiberat mill-akkużi li abbuża sesswalment lil tifla diżabbli li kien qed jieħu ħsieb

Raġel ta’ 32 sena li kien qed jaffaċċja akkużi li abbuża sesswalment tifla diżabbli taħt l-età li tħalliet fil-kustodja tiegħu, ġie lliberat minħabba li l-Qorti ma sabitx biżżejjed provi kontrih.

Il-każ seħħ madwar sentejn u nofs ilu meta t-tifla, li għandha l-kundizzjoni tad-Down Syndrome, u li llum għandha 10 snin, qalet lill-LSAs tagħha l-iskola li kienet qed tħoss l-uġiegħ fil-parti intima tagħha wara li r-raġel li kien qed jieħu ħsiebha daħħlilha xabla hemmhekk.Aqra aktar

AĠĠORNAT: Gwardjan tal-ħabs li abbuża tifla ta’ 15-il sena ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest

Joseph Zammit ta’ 52 sena, u li hu Gwardjan tal-Ħabs, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li stupra tfajla ta’ 15-il sena u abbuża sesswalment tfajla oħra tal-istess età. Huwa ġie mixli li wettaq dawn l-abbużi bejn Lulju u Ottubru li għadda, waqt li t-tfajliet kienu arrestati fil-ħabs tal-Imtaħleb magħruf bħala l-YOURS.Aqra aktar

Tifla tmut wara li tar tablet f’wiċċha f’inċident tat-traffiku

Qam tħassib serju dwar l-użu tat-tablets fil-karozzi waqt li dawn ikunu qed jinstaqu.  Dan wara li t-Tnejn li għadda f’ Vilanova de Arousa fi Spanja, tarbija ta’ tliet snin tilfet ħajjietha wara li ommha ħabtet ġo van tal-iskola.  Rapporti qalu li t-tifla kienet bilqegħda kif suppost madankollu kawża tal-impatt li seħħ it-tablet tar għal ġo wiċċ it-tarbija. Aqra aktar

Send this to a friend