tifel – One News

Notifiki

Każ ieħor ta’ meninġite- m’għandu ebda rabta mal-każ tat-tifel li miet il-Ħadd

Ġie rrappurtat każ ieħor ta’ meninġite iżda li m’għandu l-ebda rabta mal-każ tat-tifel t’erba’ snin li sfortunatament miet. Fi stqarrija mill-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministeru għas-Saħħa ntqal li tarbija tat-twelid iddaħħlet l-isptar Mater Dei bil-marda tal-meninġite.

L-istqarrija tal-Gvern aċċennat li ż-żewġ każijiet tal-meninġite huma separati u ma ttieħdux minn xulxin fl-isptar hekk kif it-tip ta’ batterja taż-żewġ każijiet hija differenti. Il-batterja li laqtet lit-tarbija hu mifhum li tolqot lit-tfal fl-ewwle tliet xhur ta’ ħajjithom. Din l-infezzjoni tiġi kkurata permezz ta’ anti-bijotiċi hekk kif ma jeżisti l-ebda vaċċin għal din it-tip ta’ batterja.Aqra aktar

It-tifel li miet mil-meninġite kien ingħata t-tilqim meħtieġ

It-tifel ta’ erba’ snin li tilef ħajtu traġikament il-Ħadd li għadda minħabba l-marda tal-meninġita, kien ħa l-vaċċini kollha meħtieġa.

L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li għalkemm dawn il-vaċċini jipproteġu l-bniedem minn ċertu mard, ma jipprevenux kull każ. Fil-fatt, studju juri li l-vaċċin huwa 70% effettiv fil-prevenzjoni ta’ dan it-tip ta’ mard. B’kollox hemm 90 tip ta’ batterji li jikkawża mard ta’ dan it-tip. Wieħed mill-vaċċini disponibbli jipproteġi l-bniedem kontra 13-il tip, filwaqt li l-ieħor jipproteġi kontra 10 tipi oħra.

Li wieħed jitlaqqam huwa l-aħjar mod biex ikun żguart li ttieħdu l-miżuri possibbli ta’ prevenzjoni.

“Din hija traġedja, imma m’hemmx lok ta’ allarm” – tabiba dwar il-każ ta’ mewt ta’ tifel bil-meninġite

Tifel ta’ 4 snin tilef ħajtu wara li ntlaqat mill-mikrobu tal-meninġite. Aħbar li ħasbet lil bosta, inkluż ġenituri li beżgħu li wliedhom setgħu jieħdu din il-marda li tista’ twassal għall-mewt. Il-ġenituri ħadu lit-tifel l-isptar Mater Dei wara li beda juri sintomi ta’ din il-marda ftit tal-jiem ilu. Madankollu huwa miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva matul il-jum tal-Ħadd.Aqra aktar

Tifel tal-iskola jmut bil-meninġite- ebda periklu li tista’ tittieħed

Tifel ta’ 4 snin tilef ħajtu wara li ntlaqat mill-mikrobu tal-meninġite. Aħbar li ħasbet lil bosta, inkluż ġenituri li beżgħu li wliedhom setgħu jieħdu din il-marda li tista’ twassal għall-mewt.

Il-ġenituri ħadu lit-tifel l-isptar Mater Dei wara li beda juri sintomi ta’ din il-marda ftit tal-jiem ilu. Madankollu huwa miet fit-Taqsima tal-Kura Intensiva matul il-jum tal-Ħadd.

Dr Tanya Melillo, Kap tat-Taqsima dwar il-Prevenzjoni ta’ Mard Infettiv fi ħdan is-Saħħa Pubblika, spjegat li ma hemmx lok għal allarm, hekk kif spjegat x’seħħ fil-każ taċ-ċkejken.Aqra aktar

“Meta nħares lejh, tiġini s-saħħa biex nibqa’ niġġieled”- omm tifel bl-awtiżmu dwar l-isfidi li taffaċċja

“Minn dejjem kienet ix-xewqa tiegħi li nsir omm, imma meta kont nimmaġina lili nnifsi bħala omm, ma kontx nimmaġina li se jkolli tifel bil-kundizzjoni tal-awtiżmu”.

Hekk qaltilna Sefora Tabone. Omm żagħżugħa ta’ 24 sena, li d-dinja tagħha ddur madwar iċ-ċkejken Diego. Diego għandu biss tliet snin u nofs, iżda l-enerġija li għadu hija kbira. Meta kellu biss sentejn, omm u missier Diego ngħataw l-aħbar li binhom għandu l-kundizzjoni tal-awtiżmu. Kundizzjoni li għalkemm inviżibbli, iġġib diversi sfidi mhux biss għaċ-ċkejken, iżda anke għall-ġenituri. Aqra aktar

Bil-Filmat: Monsinjur allegatament sawwat tifel fi skola

Monsinjur li kien imexxi skola primarja tal-Knisja f’Għawdex tressaq il-Qorti akkużat li allegatament sawwat tifel t’għaxar snin.

Monsinjur Karm Gauci, li sa ftit tax-xhur ilu kien il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof fir-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti fil-ħdax t’Ottubru, b’kontravenzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend