tieg rjali | One News

Notifiki

DIRETT: Segwu t-tieġ tal-Prinċep Harry ma’ Meghan Markle

Minn hawn u ftit tal-ħin ieħor, il-Prinċep Harry u l-artista Meghan Markle mistennija jingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.

Bosta telespetatturi minn madwar id-dinja qed isegwu dan l-avveniment minħabba l-popolarità tal-familja rjali tal-Ingilterra.

Għalkemm fil-passat kien hemm ukoll xi kontroversji mal-familja rjali speċjalment fir-rigward tal-Prinċipessa tant maħbuba Diana, xorta waħda l-familja rjali baqgħet popolari u tista’ tgħid ukoll, maħbuba sew.

Malta għanda rabtiet ħelwin mal-familja rjali preżenti, primarjament minħabba li r-Reġina Eliżabetta għexet f’pajjiżna u għadha ssemmieha sal-lum bħala l-post favorit tagħha barra pajjiżha.

Mhux biss, Meghan Markle ukoll żaret pajjiżna u ftit ilu libset ukoll l-ilbies tradizzjonali; l-għonella waqt sessjoni ta’ fotografija. Markle għanda għeruq Maltin.

Aġġornat: Missier Meghan Markle mhux se jattendi t-tieġ

Missier Meghan Markle mhux se jattendi għat-tieġ ta’ bintu flimkien mal-Prinċep Harry.

Dan ġie kkonfermat minnu stess ftit tal-ħin ilu b’mod uffiċjali.

Thomas Markle sofra minn attakk tal-qalb ftit ilu u kien hemm għajdut li kien qed jiddejjaq jidher fir-ritratti. Propjament, Thomas Markle ma ħax gost li ġie ffotografat jipprova l-ilbies tat-tieġ li anke wassal biex imlieh bi stress qawwi.

Intant, Meghan Markle ħarġet stqarrija mill-palazz Kensigton fejn uriet ix-xewqa tagħha li missierha jingħata l-ispazju li għandu bżonn għal saħħtu.

 

It-tieġ rjali mistenni jlaħħaq mal-1.4 miljun sterlina Ngliża

Kulħadd jaf li t-tieġijiet jiswew il-flus. Wieħed jgħid, aħseb u ara t-tieġ tal-Prinċep Harry u Meghan Markle.

Persuni nvoluti fl-organizzar tat-tieġijiet saħqu li t-tieġ irjali li se jsir fid-19 ta’ Mejju jista’ jlaħħaq mal-1.4 miljun sterlina Ngliża jew iżjed. Il-prezz totali mistenni jkompli tiela’ anke minħabba s-sigurtà li se jkun hemm preżenti.

Aqra aktar

Send this to a friend