Theresa May – Page 7 – One News

Notifiki

Il-PM f’laqgħa ma’ Theresa May f’Londra

Il-Prim Ministru Joseph Muscat jinsab f’Londra fejn aktar tard illum mistenni li jiltaqa’ mal-Prim Ministru tar-Renju Unit Theresa May. F’din il-laqgħa mistenni li jiġi diskuss l-istadju delikat tan-negozjati bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ Brexit.

Waqt iż-żjara tiegħu fil-Kapitali Brittanika, il-Prim Ministru mistenni  jiltaqa’ wkoll ma’ negozjanti li jidhru li huma interessati li jinvestu f’Malta. Aqra aktar

“Jew li ngħid jien, jew xejn”

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li l-Membri Parlamentari Ingliżi se jkolhom għażla sempliċi dwar in-negozjati Brexit, jew li tgħid hi, jew xejn.

F’kummenti mal-midja Ingliża, May kellha kritika qawwija għal pjani minn dawk li jappoġġjaw Brexit biex tkun solvuta l-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Dan wara li l-eks Sindku ta’ Londra Boris Johnson iddeskrivi l-fatt li din il-kwistjoni ma kinitx solvuta, u l-pjani ta’ May għal Brexit, bħala att suwiċidali għar-Renju Unit. Aqra aktar

Komplott biex Theresa May titneħħa minn PM tar-Renju Unit

Membri Parlamentari Ingliżi mill-Partit Konservattiv qed jiddiskutu diversi possibiltajiet ta’ kif Theresa May għandha titneħħa minn Prim Ministru.

Sorsi qrib l-istazzjon tal-aħbarijiet Sky qalu li madwar 50 membru tal-Partit Konservattiv qed ikollhom laqgħat sigrieti biex ikun diskuss kif May tista’ tinqala’ darba għal dejjem minn Downing Street.Aqra aktar

23 diplomatiku Russu jitilqu mill-Ingilterra

Matul il-jum tat-Tlieta ħallew l-Ingilterra it-23 diplomatiku Russu li tkeċċew mill-Ingilterra b’rabta mal-attakk b’ aġent kimiku, Novichok.

Dan l-attakk sar fil-konfront tal-eks spija Russu Sergei Skripal flimkien ma’ bintu Yulia.

Dawn id-diplomatiċi Russi tkeċċew mill-Gvern Ingliż wara li allegatament il-moħħ wara dan l-attakk kien il-Kremlin.

Intant, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May għal darba oħra laqqgħet il-Kunsill Nazzjonali tas-sigurtà sabiex jiġu evalwati numru ta’ sanzjonijiet oħra fil-konfront tar-Russja.

Theresa May se tkeċċi 23 diplomatiku Russu

L-Ingilterra se tkeċċi 23 diplomatiku Russu wara li r-Russja baqgħet tirrifjuta li tagħti spjegazzjoni dwar il-qtil ta’ eks spija Russu Sergei Skripal u bintu Yulia ġewwa Salisbury.

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May qalet li d-diplomatiċi Russi għandhom ġimgħa żmien biex iħallu l-pajjiż.

Ir-Russja irrifjutat li tikkopera f’dan il-każ.

Send this to a friend