Theresa May – Page 6 – One News

Notifiki

“Jien hawn se nibqa'”- Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May “se tibqa’ hawn” minkejja l-baraxx ta’ kritika li qalgħet ilbieraħ f’Westminster mill-Membri Parlamentari Konservattivi. May indirizzat il-Parlament Ingliż bit-tama li tgħaqqad lit-tim tagħha biex turi li qed tmexxi partit magħqud fid-dawl tan-negozjati Brexit. Aqra aktar

Xaqq ta’ tama għal Theresa May

Ir-Renju Unit mistenni jissieħeb fit-Trans-Pacific Partnership, it-TPP, wara Brexit, skont stqarrija mill-Prim Ministru Ġappuiż Shinzō Abe. Minkejja li l-Renju Unit jitlef l-irwol bħala l-fruntiera Ewropea wara Marzu tal-2019, xorta waħda dan se jżomm is-saħħa globali tiegħu, saħaq Abe. Aqra aktar

Ċans ta’ referendum ieħor dwar Brexit jekk il-pjan ta’ Theresa May ifalli

Ministru Ingliż qal li jekk l-Unjoni Ewropea ma taċċettax il-pjan ta’ Theresa May dwar Brexit, hemm ċans li jsir referendum ieħor dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

Dan il-pjan mistenni jkun diskuss għada waqt summit informali bejn il-mexxejja Ewropej dwar Brexit u l-kwisjotni tal-immigrazzjoni fl-Ewropa. Summit li għalih il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti.Aqra aktar

Forsi tiġiha waħda tajba

Tul is-summit Ewropew li se jsir għada f’Salżburgu, fl-Awstrija, il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tkun qed tipprova ssib l-armonija bżonnjuża fin-negozjati Brexit. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll se jkun preżenti.

Lejlet dan is-summit informali, il-negozjatur ewlieni għal Brexit Michel Barnier qal li jista jkun li sab soluzzjoni fuq il-kwistjoni tal-fruntieri Irlandiżi. Soluzzjoni li żgur se tinżel tajjeb ma’ May, li fl-aħħar jiem affaċċjat kritika qalila minħabba l-famuż ftehim Chequers li ma niżel xejn tajjeb mal-poplu Ingliż.Aqra aktar

Send this to a friend