Theresa May – Page 2 – One News

Notifiki

Membri Parlamentari Ingliżi se jressqu proposti biex jemendaw l-abbozz Brexit

Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jressqu proposti biex ikun emendat l-abbozz dwar Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Dan fl-istess waqt li May qed taħdem fuq Pjan B għal Brexit.

Il-Prim Ministru May qalet li l-ewwel kwistjoni li se tiddiskuti mal-MPs tagħha hija dik tal-fruntieri Irlandiżi. Il-Mexxej Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li l-Prim Ministru m’għandhiex l-iċken idea ta’ kemm hemm persuni li se jopponu l-abbozz tagħha.

Jidher ukoll li fost il-proposti mressqa mill-Membri Parlamentari Ingliżi hemm li d-data tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea tkun estiża bi ftit xhur.

May tipprova tikkonvinċi lill-MPs tagħha jappoġġjaw l-abbozz Brexit

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May se tipprova tikkonvinċi lil dawk il-Membri Parlamentari mill-Partit Konservattiv u tad-DUP biex jappoġġjaw il-ftehim tagħha dwar Brexit billi tipprova ssolvi l-kwistjonijiet tal-fruntieri Irnaldiżi.

Jidher li anke s’issa, l-akbar sfida għal May qed ikunu l-Membri Parlamentari li ilhom mill-2016 jappoġġjaw il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

“Theresa May għandha tkun medjatur fil-Parlament Ingliż dwar Brexit”- John Major

Skont l-eks Prim Ministru Ingliż John Major, Theresa May għandha tkun il-medjatur biex tkisser il-apatija li ħakmet il-Parlament Ingliż dwar Brexit. Huwa qal dan għaliex jemmen li l-Membri Parlamentari Ingliżi għandhomm jingħataw vot fuq kull għażla dwar Brexit, inkluż il-mod li bih jaħsbu li huwa l-aħajr li jimxu ‘l quddiem.

Theresa May qalet li tikkunsidra dan kollu f’ġieħ l-interess nazzjonali, u biex issir taf ir-rieda tal-Parlament Ingliż. Jidher iżda, li hemm Membri Parlamentari, bħal Suella Braverman, li assolutament ma jridux li dan isir.

“Nitlobkom naħdmu flimkien”- Theresa May

Il-Prim Ministru Ingliż Theresa May appellat lill-Membri Parlamentari Ingliżi sabiex jaħdmu flimkien b’mod kostruttiv bil-għan li tinstab triq ‘il quddiem għal Brexit.

Ilbieraħ filgħaxija, May rebħet il-vot ta’ fiduċja bi żbrixx li tressaq mill-Kap tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn. Il-Gvern ingliż rebaħ il-vot b’ 19 il-vot hekk kif 325 membru parlamentari vvutaw favur il-gvern filwaqt li 306 ivvutaw kontra.

Dan il-vot ittieħed l-għada li l-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim dwar Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea.

Il-PM Theresa May tirbaħ il-vot ta’ fiduċja bi żbrixx

Il-Prim Ministru tal-Ingilterra Theresa May rebħet il-vot ta’ fiduċja li tressaq mill-kap tal-Partit Laburista Ingliż, Jeremy Corbyn. Il-Gvern ingliż rebaħ il-vot b’ dsatax il-vot hekk kif 325 membru parlamentari vvutaw favur il-gvern filwaqt li 306 ivvutaw kontra.

Dan il-vot ittieħed l-għada li l-parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim dwar Brexit maqbul mal-Unjoni Ewropea.

B’reazzjoni għall-vot, il-Prim Ministru Theresa May saħqet li se tiltaqa’ mal-mexxejja tal-partiti kollha sabiex tinstab it-triq il-quddiem dwar Brexit.

Brexit: X’ġara u x’se jiġri?

It-Tlieta filgħaxija l-Parlament Ingliż ivvota bil-qawwa kontra l-ftehim maqbul bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

B’202 voti favur u 432 vot kontra, kien hemm oppożizzjoni qawwija għall-ftehim ta’ Brexit. L-ewwel reazzjoni għal dan il-vot wasslet mill-Prim Ministru Theresa May li qalet li filwaqt li tirrispetta d-deċiżjoni tal-vot fil-Parlament, il-vot ma jirriflettix x’iridu ż-żewġ naħat mill-ftehim.Aqra aktar

Il-Parlament Ingliż jivvota bil-qawwa kontra Brexit

Il-Parlament Ingliż ivvota kontra l-ftehim maqbul bejn il-Prim Ministru Ingliż Theresa May u l-Unjoni Ewropea dwar Brexit.

B’202 favur u 432 vot kontra, kif mistenni kien hemm oppożizzjoni qawwija għall-ftehim ta’ Brexit. F’indirizz li għamlet eżatt wara li nqara l-vot, il-Prim Ministru Theresa May qalet li tirrispetta d-deċiżjoni tal-vot fil-Parlament.

Minkejja dan qalet li r-rappreżentanti tal-poplu Ingliż għandhom ukoll jirrispettaw ir-rieda tal-poplu f’Ġunju ta’ tliet snin ilu vvutaw favur Brexit. Il-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn saħaq li dan kien vot ta’ sfiduċja fil-Gvern ta’ May. Qal li dan kien l-akbar vot fejn Gvern ġie sfiduċjat f’100 sena.

Huwa ressaq mozzjoni ta’ vot ta’ sfiduċja fil-Gvern Ingliż u din se tiġi diskussa għada.

Illejla jittieħed il-vot dwar Brexit fil-Parlament Ingliż

Illum mistenni jittieħed il-vot finali dwar Brexit.  Il-Membri Parlamentari Ingliżi mistennija jivvutaw għal ħabta tas-19:00 tal-lejla fil-Parlament ingliż magħruf iżjed bħala l-House of Commons.

Huma se jivvutaw għall-pakkett li l-Gvern imexxi minn Theresa May ftiehem mal-Unjoni Ewropea dwar il-ħurġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropeja. Dwar dan il-pakkett diħa kien hemm ir-riżenji mill-kabinett ta’ May.Aqra aktar

Il-Gvern Ingliż lest jagħti aktar appoġġ lill-ħaddiema biex dawn ikunu favur l-abbozz Brexit

Il-Gvern Ingliż qed jikkunsidra li jagħti aktar protezzjoni lill-ħaddiema u lill-ambjent biex jirbaħ l-appoġġ ta’ dawn iż-żewġ oqsma fil-proċess Brexit. Dan kien propost mill-Membru Parlamentari Laburista John Mann, li huwa magħruf li jappoġġja għall-aħħar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.Aqra aktar

“Bl-ebda mod m’aħna se nappoġġjaw l-abbozz Brexit”- id-DUP

Bl-ebda mod m’aħna se nappoġġjaw l-abbozz Brexit tal-Prim Ministru Theresa May. Hekk qal il-Partit Unjonist Demokratiku tal-Irlanda, id-DUP, li żied jgħid ukoll li jinsabu inkwetati ferm dwar x’jista jfisser dan il-ftehim għall-Irlanda.

Dan minkejja li fl-aħħar jiem, id-DUP kellu diversi laqgħat mal-Prim Ministru May biex din tal-aħħar tipprova tikkonvinċihom jappoġġjaw il-ftehim tagħha.

Intant, May għadha qed tipprova tikseb assigurazzjoni legali mill-Unjoni Ewropea, iżda qalet li n-negozjati mhux se jerġgħu jinfetħu.

Ir-Renju Unit mistenni jitlaq uffiċjalment mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu.

Send this to a friend