tfittxija – One News

Notifiki

Tidħol fir-raba’ jum it-tfittxija għall-Franċiż li qabeż minn fuq dgħajsa f’Tas-Sliema

It-tfittxija għaż-żagħżugħ Franċiż li kmieni s-Sibt filgħodu qabeż minn fuq dgħajsa tad-divertiment f’Tas-Sliema, issa daħlet fir-raba’ jum.

Il-ġuvni ta’ 19-il sena li kien qed jirrisjedi fis-Swieqi, bħalissa qed jitqies bħala mitluf wara li s-Sibt hu flimkien ma’ erba’ persuni oħra qabżu l-baħar minn fuq dgħajsa tad-divertiment qrib tas-Sliema biex jgħumu.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Tfittxija għal żewġ żgħażagħ wara sejba ta’ żewġ basktijiet fil-Blata tal-Melħ

Bħalissa għaddejja tfittxija għal żewġ ġuvintur ta’ 19 u 21 sena, wieħed Malti u l-ieħor x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija, dan wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħodu sajjieda li kienu fl-istess żona rrapportaw kif sabu żewġ basktijiet meta niżlu biex jistadu l-Blata tal-Melħ fir-Rabat.

Jidher li bħalissa t-tfittxija qed issir kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, permezz tal-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta li saħansitra għal din it-tfittxija qed jintuża wkoll ħelikopter.

Aqra aktar

Maġistrat jordna tfittxija madwar il-pajjiż

Il-Qorti ordnat lill-Pulizija jfittxu koppja Maltija madwar Malta kollha biex ikunu avżati jidru quddiem il-Qorti.

Dan wara li l-Pulizija fallilet milli tinnotifika lill-koppja Dimech biex jitilgħu l-Qorti għal għaxar darbiet u għalhekk il-każ ilu jkun pospost minn Frar tas-sena li għaddiet. Aqra aktar

Send this to a friend