tfal | One News - Part 7

Notifiki

Tfal żgħar qed jorqdu inqas minħabba l-użu ta’ mowbajls u tablets

Tfal żgħar li jqattgħu ħafna ħin jilgħabu fuq mowbajls u tablets jorqdu inqas minn dawk li ma jagħmlux użu minnhom, dan skont sejba minn riċerkaturi.

L-istudju li ġie ppubblikat f’Scientific Reports jissuġġerixxi li kull siegħa li t-tfal jużaw il-mowbajl kull jum, qed tiġi abbinata ma 15-il minuta ta’ inqas irqad.

Iżda, dawk li jużaw dawn it-tip ta’ aġġeġġi għandhom vantaġġ hekk kif itejbu l-abiltà li jużaw idejhom b’kordinazzjoni m’għajnejhom.

Aqra aktar

Miriam Dalli titkellem dwar kif nipproteġu lit-tfal online

 

‘L-iStati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea għandhom jaddottaw politika proattiva fil-ġlieda kontra l-abbuż online tal-minuri biex nipprevenu milli ssir il-ħsara.’ Qalet dan l-MEP Maltija Miriam Dalli waqt laqgħa li organizzat ma’ l-istakeholders lokali li jiġġieldu dan l-abbuż, fosthom l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat–Tfal, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Kommunizjoni (MCA), rappreżentanti tas-Cyber Crime fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, u l-Aġenzija Appoġġ.

Il-laqgħa saret ġewwa l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal u saret bħala parti minn konsultazzjoni wiesgħa li Miriam Dalli qed tagħmel ma’ stakeholders Maltin u barranin qabel tippreżenta proposti u emendi lill-Parlament Ewropew, fuq ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva li permezz tagħha jiġi miġġieled l-abbuż u l-esplojtazzjoni sesswali tat-tfal onlajn. Miriam Dalli hi l-kelliema ewlenija tas-Soċjalisti u Demokratiċi fuq dan ir-rapport li qiegħed quddiem il-kumitat tal-Libertajiet Ċivili. Ir-rapport se jkollu wkoll opinjonijiet minn kumitati oħra.

Aqra aktar

Eks stilla fil-football joqtol lil bintu bi żball

Eks stilla fil-football Amerikan, Todd Heap, qatel lill-bintu bi żball. Dan fi traġedja li ġrat meta bintu kienet fil-driveway tad-dar tal-familja f’Arizona, u Heap ma ndunax biha. L-eks player għal Baltimore Ravens u Arizona Cardinals kien qed iċaqlaq it-trakk meta laqat lit-tifla ta’ tliet snin. Il-Pulizija mhux qed tisusspetta li l-inċident seta’ kien xi ħaġa oħra għajr episodju sfortunat ħafna. It-tifla ttieħdet l-isptar wara l-inċident li seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-16:00 ħin Amerikan, iżda ma salvatx.

“Allura Ġesu u l-Easter Bunny ħbieb kbar?”

BBC Scotland tellgħu filmat tal-attur komiku Mark Nelson flimkien ma’ bintu ta’ tliet snin. Il-filmat huwa maqtuh b’mod li Nelson donnu qed jagħmel domandi lil bintu, pero r-risposti u l-osservazzjonijiet tat-tifla huma ħelwin wisq.

Fost oħrajn tistaqsi għaliex ma tistax tieħu ħafna ċikkulata s-sena kollha, iżda meta jiġi l-Għid, kulħadd itiha ċ-ċikkulata.

Aqra aktar

Iċ-ċkejknin li se jkunu l-MIA fil-ġimgħa tal-Għid se jingħataw sorpriża…

  • 140,000 passiġġier mistennijin jgħaddu mill-MIA tul il-ġimgħa tal-Għid
  • Il-passiġġieri mitlubin jikkonsultaw iċ-chart tat-traffiku tal-ajruport biex jippjanaw il-vjaġġi tagħhom
  • Attivitajiet bit-tema tal-Għid pjanati għall-passiġġieri żgħar tal-MIA

Hekk kif ħafna jiddeċiedu li jsiefru biex igawdu l-vaganzi tagħhom barra mill-pajjiż, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed isaħħaħ l-operat tiegħu biex ikun jista’ jiġġestixxi l-attività miżjuda li mistennija tikkaratterizza l- ġimgħa tal-Għid. Iċ-ċkejknin li se jgħaddu mill-Ajruport se jingħataw ukoll sorpriża hekk kif grupp ta’ animaturi ser ikun qed iqassam kotba u kuluri lill-passiġġieri ż-żgħar tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, filwaqt li l-karattru tal-Easter Bunny ser ikun qed iqassam il-figolli biex jagħti lill-passiġġieri togħma tradizzjonali tal-Għid.

Aqra aktar

GRAFIKU: Il-weġgħa ta’ missier li ra lil uliedu tewmin imutu quddiemu

F’ġurnata tilef lit-tewmin tiegħu ta’ disà xhur, lil ħuħ u lin-neputijiet tiegħu. Tilifhom quddiem għajnejh fi ftit ħin wara li spiċċaw vittmi ta’ attakk kimiku bla ebda ħtija. F’dan il-filmat jidher iżomm lil uliedu, bla ħajja.

Iżda minkejja li dan il-missier irnexxilu jsalva xorta waħda qed iħoss uġigħ, uġigħ li ma minkejja li prova ma rnexxilux jsalva l-ħajja tal-qraba tiegħu. Bħal dan il-missier, eluf oħra qed jgħaddu mill-istess trawma. Wieħed irrid jimmaġina l-mument li tkun tixtieq issalva lil uliedek fost oħrajn, iżda ma tistax.

Aqra aktar

“L-ikbar biża’ tiegħi hija li mhux se nkun parteċipi biżżejjed fit-trobbija ta’ wliedi”

Dan l-aħħar smajna ħafna dwar il-bżonn ta’ aktar nisa fil-Parlament. Meta jissemma dan l-argument, jissmmew żewġ affarijiet, ġeneralment. Jibda d-dibattitu dwar għandux ikun hemm kwoti, u jiġi diskuss il-fatt li l-ħinijiet li jaħdmu Membri Parlamentari mhumiex tajbin għal min irid irabbi familja.

Hawn, abbli min huwa ġenitur u jaħseb ftit iktar fil-fond jiddarras. Mela l-missirjiet m’għandux ikollhom ħinijiet ‘family-friendly’ wkoll?

Propju fuq hekk tkellimna mal-Membru Parlamentari Silvio Schembri, għax għadu kemm sar missier għat-tieni darba.

“Il-ħajja ta’ ġenitur fil-politika mhix faċli! Jien bniedem li l-familja u d-dar inħobbhom ħafna, però minħabba impenji politiċi u s-sistema politika Maltija, il-ħin mal-familja jonqos ħafna.

Riċentement erġajt sirt missier, din id-darba ta’ tifla.

Aqra aktar

Send this to a friend