tfal | One News - Part 5

Notifiki

Ġenji żgħar Maltin u Matematiċi!

Kienet prestazzjoni eċċellenti dik ta’ studenti Maltin fil-logħob internazzjonali tal-matematika.

L-istudenti marru tajjeb immens fl-ewwel parteċipazzjoni tar-raba’ tournament internazzjonali, fejn irnexxielhom jirbħu pożizzjonijiet għoljin minkejja l-kompetizzjoni qawwija.Aqra aktar

60 rapport dwar tfal f’Child Care Centres

Minn Lulju tas-sena l-oħra, id-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni irċieva 60 rapport li l-ebda wieħed minnhom ma kien relatat ma’ maltrattament mill-ġenituri tat-tfal stess li jattendu ċ-Child Care Centres.

Meta wieġeb mistopqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li f’każijiet ta’ allegat abbuż mill-ġenituri, dan jiġi riferut lill-awtorità konċernata, l-Appoġġ, u għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità dawn mhux dejjem jaslu għand id-direttorat.

Aqra aktar

Tifla ta’ tliet snin tindarab gravi fil-Belt Valletta

Tifla ta’ tliet snin indarbet gravi wara li waqgħet minn fuq bandla fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.

Fi stqarrija l-Pulizija sostniet li ftit qabel il-ħdax u nofs ta’ filgħaxija ġiet infurmata mill-awtoritajiet tas-saħħa li kienet iddaħlet tifla Awstraljana l-Isptar Mater Dei minħabba li kienet sofriet xi ġrieħi.

Aqra aktar

It-tfal issa għandhom ambulanza għalihom

Il-Malta Red Cross inawgurat ambulanza ġdida għat-tfal. Din l-ambulanza se tkun qed twassal tfal li jingħataw kura l-isptar u li jkollhom bżonn imorru l-ajruport internazzjonali ta’ Malta biex jaqbdu vjaġġ biex jingħataw kura barra mill-pajjiż.

Vjaġġi li jsiru bejn 40 u 80 darba fis-sena. Id-disinn ikkulurit li qed jagħti dehra isbaħ lil din l-ambulanza sar propju mit-tfal stess li għandhom bejn tlieta u ħames snin li għamlu tpinġijiet apposta li llum sabu posthom fuq din l-ewwel ambulanza għat-tfal.

Ambulanza li saret b’investiment ta’ €30,000, flus li fost oħrajn inġabru minn attivitajiet organizzati mill-Malta Red Cross u minn rotary club.

Aqra aktar

L-iskola Sekondarja ta’ Pembroke toħroġ rebbieħa

Studenti tat-tieni sena mill-iskola Sekondarja ta’ Pembroke tal-kulleġġ Santa Klara, għadhom kif rebħu Ekoteenz kwizz li xxandar fuq l-istazzjon nazzjonali TVM.

Il-kwizz kien mifrux fuq tlettax–il ġimgħa u fih ħadu sehem 16-il skola medja u sekondarja. It-tim tal-iskola sekondarja kien magħmul minn Kyle Borg, Nathan Spiteri Hogan u Beatrice Mizzi.

Il-mistoqsijiet tal-kwizz kienu fuq temi ta’ żvilupp sostennibli. Dan il-kwizz kien imtella’ minn YRE Malta u l-iskola ingħatat €300 li kienu sponsorjati mill-HSBC programme Catch The Drop li ser jintużaw għal proġett għal konservazzjoni tal-ilma fl-iskola, filwaqt l-istudenti ingħataw billow tablet kull wieħed.

Żewġt itfal imutu wara li ommhom ħalliethom f’karozza msakkra bħala “lezzjoni”

Omm minn Texas ġiet imressqa l-Qorti fuq akkużi relatati mal-mewt taż-żewġt itfal tagħha, wara li tilfu ħajjithom meta tħallew f’karozza msakkra u mingħajr twieqi miftuħa fis-sħana.

Cyntha Marie Randolph ammettiet li għalqet il-bieba tal-karozza biex tgħallem lit-tifla tagħha Juliet, li kellha sentejn, lezzjoni wara li rrifjutat li toħroġ mill-karozza.

Juliet u kif ukoll it-tifel ta’ 16-il xahar, Cavanaugh, tilfu ħajjithom fis-26 ta’ Mejju fl-16:30 fejn propju f’dak il-ħin it-temperatura barra kienet ta’ 36 Grad Celsius.

Aqra aktar

Ħidma imprezzabbli maċ-ċkejknin b’battalja diffiċli

Ma’ kull minuta li tgħaddi fir-Rainbow Ward tal-isptar Mater Dei isir xogħol li minkejja li ma jidhirx huwa wieħed imprezzabbli. Ħidma miġbura f’dan il-filmat li fost id-dieqa u l-uġigħ sab it-tbissima fuq fomm tfal li qed jiġġieldu l-battalja tal-kanċer.

Battalja diffiċli li mhux qed jiġġieldu waħedhom, iżda qed jiġġieldu flimkien mal-familjari, t-tobba u l-istaff mediku. Wieħed japprezza filmati bħal dawn li juru l-għajnuna u l-ħidma li qed issir biex iċ-ċkejknin bi preżent diffiċli qed jingħataw l-aqwa għajnuna biex il-futur ikun aktar faċli.

Aqra aktar

Omm akkużata li ħalliet lil uliedha 15-il siegħa fil-karozza biex imutu

Żewġ aħwa ċkejknin mietu wara li ommhom intenzjonalment ħallithom fil-karozza għal aktar minn ħmistax-il siegħa.

Omm it-tfal, Amanda Hawkins ta’ 19-il sena qed tiġi mixlija li abbandunat it-tfal tagħha. Il-Pulizija spjegat li Hawkins u ħabib tagħha ta’ 16-il sena l-ewwel ħadu lit-tfal fiċ-ċentru Mediku ta’ Peterson f’Texas u ġew ċertifikati li kienu fil-periklu tal-mewt u ġew trasferiti fl-isptar tal-Università f’San Antonio.

Aqra aktar

‘Mass meeting’ fil-klassi tal-iskola

Hija xi ħaġa naturali li t-tfal jirrepetu dak li jisimgħu, speċjalment fi żmien bħal dan meta l-klima politika tkun fl-aqwa tagħha. Bħalissa fid-djar ħafna adulti jibdew jitkellmu fuq il-politika u dwar dak li jkun għaddej fil-pajjiż, ma jonqosx dak il-battibekk bejn koppja li ma taqbilx fejn tidħol politika. Battibekki u diskussjonijiet li t-tfal jisimgħu u t-tfal jirrepetu. Hekk qed jiġri bħalissa fil-klassijiet tal-iskola, li minkejja l-età żgħira tagħhom ukoll qed jitkellmu dwar il-politika.

Aqra aktar

Send this to a friend