tfal | One News - Part 4

Notifiki

Kważi ħamsin fuq ir-reġistru tal-pedofeli

  • WIEĦED TPOĠĠA DARBTEJN
  • DISKUSSJONI DWAR AĊĊESS FAĊILITAT

F’ħames snin, 49 persuna tniżżlu fuq ir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri. Matul din is-sena diġà tpoġġew ħames ismijiet fuq din il-lista. Kif turi l-istatistika, iċ-ċifri jitqabblu sew tul is-snin, bl-iktar waħda għolja tkun fl-2016, meta ġew deċiżi aktar każi relatati mas-suġġett.

Skont l-informazzjoni miksuba hemm ukoll individwu li ismu tpoġġa darbtejn fir-reġistru wara żewġ kundanni separati – waħda  li kkorrompa tifel taħt l-età u l-oħra għall-parteċipazzjoni f’attivitajiet sesswali ma’ żewġ subien ta’ taħt l-età.

Aqra aktar

Il-ġenituri u l-għalliema bi rwol importanti

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu twaqqfet mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’Lulju tal-2014 bil-għan li tidderieġi u tieħu ħsieb it-twettiq tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd (2014-2019).

Tul dawn it-tliet snin ta’ ħidma, l-Aġenzija introduċiet programmi u inizjattivi ġodda ta’ litteriżmu bħal:

• Aqra Miegħi/Read with Me
• Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories
• L-Ambaxxaturi tal-Qari/Reading Ambassadors
• Aqra kemm Tiflaħ/Enriching Classroom Libraries
• Il-Brillantini tal-Qari/Reading Stars
• Bil-Qari u l-Kitba Niskorja/ Footballers Read and Write Programme

Issokta x-xogħol tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu li kabbret, xerrdet u saħħet programmi oħrajn li kienu ġa jeżistu qabel bħall-Programm Nwar, Klabb Naħla, ix-Xalati ta’ Kitba u l-Klabbs tal-Kitba. Dan bl-għan li tippromwovi u ttejjeb il-prattiċi tal-litteriżmu fost it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti u l-anzjani.

Iżda minkejja dawn l-inizjattivi, xorta waħda fadal aktar xi jsir f’dan ir-rigward.

Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Kap tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, David Muscat, li stqarr li minkejja li għal dawn l-inizjattivi r-rispons kien wieħed tajjeb, xorta waħda pajjiżna għad m’għandux il-kultura tal-qari.

Aqra aktar

F’Settembru: iktar tablets f’idejn it-tfal

Fil-bidu tas-sena skolastika li ġejja t-tfal li telgħin ir-raba’ sena tal-primarja jingħataw it-tablet biex hekk jibda t-tieni ċiklu tat-tqassim ta’ din l-għodda edukattiva u għas-sena skolastika li jmiss ikunu t-tfal fir-raba’ sena u fil-ħames sena tal-primarja li jużaw din l-għodda.

Dan wara li s-sena li għaddiet ingħatat lit-tfal tar-raba’ sena tal-primarja. Kien il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li ħabbar kif huwa maħsub li bejn Settembru u Ottubru ta’ din is-sena jibda l-proċess li jingħataw it-tablet it-tfal kollha tar-raba’ sena, għas-sena skolastika 2017/2018.

Dan ifisser li jkun beda t-tieni ċiklu, liema ċiklu jerġa’ jirrepeti ruħu fit-tielet sena. Bartolo nnota wkoll kif bdiet l-evalwazzjoni tal-ewwel ftit xhur u l-monitoraġġ ta’ kif intuża t-tablet mit-tfal.

Aqra aktar

11,000 tifel u tifla madwar Malta u Għawdex se jagħmlu l-istess ħaġa

Eluf ta’ tfal se jattendu SkolaSajf din is-sena. Skola ta’ attivitajiet divertenti għal dawk bejn it-tlieta u s-sittax-il sena. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet, jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. Il-programm ta’ din is-sena huwa maħsub sew u bilanċjat, bit-tema ‘Edukazzjoni Għal Kulħadd’.

Spjegatilna aktar Josette Fiott, CEO Designate tal-Fondazzjoni Għas-Servizzi Edukattivi. Aqra aktar

Ġenji żgħar Maltin u Matematiċi!

Kienet prestazzjoni eċċellenti dik ta’ studenti Maltin fil-logħob internazzjonali tal-matematika.

L-istudenti marru tajjeb immens fl-ewwel parteċipazzjoni tar-raba’ tournament internazzjonali, fejn irnexxielhom jirbħu pożizzjonijiet għoljin minkejja l-kompetizzjoni qawwija.Aqra aktar

Send this to a friend