tfal – Page 3 – One News

Notifiki

Il-mard mentali fost tfal u żgħażagħ qed jiżdied

Il-mard mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u immigranti qiegħed dejjem jiżdied.  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali John Cachia waqt konferenza li trattat l-abbuż tat-tfal u ż-żgħażagħ:

“Nosserva dak li qed jiġri fuq mard mentali fost it-tfal u żgħażagħ. Dan qed ikun komuni fost il-Maltin u l-immigranti li jkunu għaddew minn xi trawma”.Aqra aktar

Koppja ppremjata b’żewġt itfal sitt ijiem wara ż-żwieġ tagħhom

“Il-ħajja tagħna hija ħajja normali bħal ta’ kwalunkwe’ koppja eterosesswali oħra. Inħossu bħal ħaddieħor u nħobbu bħal ħaddieħor”. Dan huma kliem Dona u Lara, koppja omosesswali li ftit tal-jiem ilu kienu ppremjati b’żewġt itfal jiem wara li ċċelebraw iż-żwieġ tagħhom.

L-istorja tagħhom dehret dalgħodu fuq il-grupp soċjali ‘The People of Malta’,  u serqet qlub l-eluf f’kemm ilni ngħidlek.Aqra aktar

“Ibbuljar, fastidju, jew diskriminazzjoni fil-konfront tat-tfal qatt mhu aċċettabbli”-L-uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal

“Huwa dmir tal-ġenitur jew ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal, l-edukaturi, l-istituzzjonijiet edukattivi u l-adulti kollha li huma importanti fil-ħajja tat-tfal li jiżguraw li t-tfal kollha, inklużi t-tfal tal-politiċi, huma protetti minn kull forma ta’ bbuljar, fastidju jew diskriminazzjoni”. Dan qalu l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal fi stqarrija dwar il-ħarsien ta’ tfal ta’ persuni pubbliċi.

L-isqarrija tagħmilha ċara li bbuljar u fastidju fuq it-tfal, qatt mhu aċċettabbli, u li l-adulti għandhom jagħtu eżempju biex it-tfal jirrispettaw lil ta’ madwarhom anke jekk ma jaqblux magħhom. Aqra aktar

Il-care orders tat-tfal se tkun f’idejn il-Ġudikatura

F’intervista fuq ONE Radio, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat tkellem dwar bidla oħra, li hija l-liġi għall-protezzjoni tat-tfal.

Fost oħrajn din il-liġi se tneħħi minn idejn il-Ministru d-deċiżjoni fuq care order u minflok se tittieħed mingħand ġudikanti wara li jkunu analizzaw is-sitwazzjoni kollha.Aqra aktar

Send this to a friend