tfal – Page 23 – One News

Notifiki

Huwa mportanti li t-tfal ikomplu jaqraw matul ix-xhur tas-Sajf

Min jaf kemm il-darba l-ġenituri jħeġġu lil uliedhom biex jaqraw mhux biss matul is-sena skolastika iżda anke matul il-ġranet tas-Sajf. Kampanja organizzata minn l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu kellha l-għan li tħeġġeġ lit-tfal li mhux biss jaqraw matul is-sena skolastika iżda anke għall-gost.

Aqra aktar

Tlett itfal b’ġrieħi gravi wara li waqa’ rmied ta’ BBQ fuqhom

Ilbieraħ għall-ħabta tas-19.00p.m, waqt li raġel Taljan ta’ 39 sena li jgħix Birżebbuga kien qiegħed jagħmel barbecue f’gallarija, xi nar mill-barbecue stess waqa’ għal isfel.

Tlett subien li għandhom 12-il sena, 10 snin u 5 snin li kienu qegħdin taħt il-gallarija intlaqtu min-nar u ttieħdu l-Isptar Mater Dei. Il-pulizija kkonfermat li dawn it-tfal qegħdin isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Amber Alert: Meta s-sejħa tkun iktar urġenti

F’dawn l-aħħar jiem smajna bis-sistema ‘Amber Alert’ sistema Ewropeja li ser ikun qed juża l-Korp tal-Pulizija meta jkun hemm każijiet ta’ tfal neqsin, maħtufa jew fil-periklu.

Madankollu forsi mhux kulħadd fehem kif ser tkun qed taħdem din is-sistema u s-sehem tal-pubbliku f’din is-sistema.

Aqra aktar

Tfal mejta b’mod stramb waqt ċelebrazzjonijiet tal-indipendenza fl-Indja

Tlett persuni, fosthom żewġt itfal, mietu wara li ntlaqtu f’għonqhom minn spag miksi bil-ħġieġ, li tipikament jintuża biex jittajru tajriet f’Jum l-Indipendenza fl-Indja.

It-tfal, li għandhom tlieta u erba snin, kienu qed iħarsu ‘l barra minn sunroof ta’ karozza li kienu rekbin fiha f’Delhi. Raġel ieħor ta’  22 sena ntlaqat waqt li kien qed isuq ir-rota. Pulizija ieħor weġġa’ meta ntlaqat minn żbul simili, li huwa magħruf bħala manja.

Il-gvern ta’ Delhi projbixxa l-użu ta’ dan it-tip ta’ żbul, li jidher hawn fir-ritratt, u wiegħed li se jagħmel kampanja biex jeduka lin-nies fuq il-periklu li jġibu magħhom.

Aqra aktar

Ta’ Barts japplikaw biex jibnu

Fl-aħbar ewlenija fil-gazzetti tal-Ħadd, il-gazzetta KullĦadd żvelat kif fost l-applikazzjonijiet ta’ żvilupp li daħlu fl-aħħar jiem għand l-Awtorità tal-Ippjanar kien hemm dik li se tara l-ftuħ tal-iskola medika f’Għawdex u l-bini ta’ faċilitajiet ġodda bħala parti mill-proġett ta’ Barts.

Wara xhur ta’ ppjanar, testijiet fuq l-art u diskussjonijiet mal- istess Awtorità, l-investituri kienu f’pożizzjoni li jissottomettu l-pjan tagħhom għall-approvazzjoni tal- Awtorità tal-Ippjanar, li min- naħa tagħha issa tkun qed tevalwaha.

Aqra aktar

Tfal midruba f’inċident bejn vann u trakk

Inċident bejn vann tad-doughnuts u trakk seħħ fir-roundabout li minn San Pawl il-Baħar twassal Għajn Tuffieħa.

Erba’ persuni ndarbu, tnejn minnhom huma taħt l-età. Kelliema għall-Pulizija qalet li f’dan il-każ, raġel ta’ 27 u ta’ tliet snin sofrew ġrieħi gravi, u mara ta’ 26 sena u tifel ta’ 7 snin sofrew ġrieħi ħfief.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-15:20.

 

Send this to a friend