tfal – Page 21 – One News

Notifiki

150,000 tifel jistenna lil ġenitur tiegħu biex jasal minn missjoni militari

150,000 – dan huwa n-numru ta’ tfal li għandhom ġenitur iservi fil-forza armata Ingliżi. Ġenituri li jagħmlu aktar minn disa’ xhur biex jaraw lil dak iċ-ċkejken jew ċkejkna tagħhom.

Ritratti emozzjonali huma dawk li juru l-mument, x’ħin it-tfal ikollhom ixejjru lil ġenitur tagħhom għall-aħħar darba, qabel vjaġġ li d-destin tiegħu ħadd ma jkun jafu.

Iżda mument sabiħ huwa dak, x’ħin dawn it-tfal jerġgħu jingħaqdu flimkien bħala familja waħda. Dawn ir-ritratti huma xhieda ta’ dawn il-mumenti.
Aqra aktar

Vodafone b’miżuri favur il-familja u n-nisa

Il-Ministri Helena Dalli u Evarist Bartolo żaru l-uffiċini tal-Vodafone fi Skyparks Malta. Hawn osservaw u semmgħu l-inizjattivi li ħadet il-Vodafone b’rabta ma’ miżuri favur il-familja u n-nisa. Intqal fost oħrajn kif Vodafone tagħti iżjed ġimgħat ta’ maternity leave lin-nisa.
Aqra aktar

Il-Kummissarju tat-tfal favur vot 16

L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jemmen li l-vot għal żgħażagħ ta’ sittax-il sena jħeġġeġ iż-żgħażagħ jipparteċipaw f’deċiżjonijiet importanti li jaffettwaw kemm lilhom infushom kif ukoll ‘l oħrajn. F’ dan il-kuntest, iż-żgħażagħ għandhom bżonn jagħrfu s-siwi tal-vot u l-impatt tiegħu fuq is-soċjeta’ in ġenerali.

Aqra aktar

“Għadu dlam ċappa”

Storja ta’ tifel tal-iskola tirrifletti r-realtà ta’ ħafna.

Permezz ta’ forum fuq sit soċjali, raġel irrakkonta kif dan it-tifel joħroġ jistenna t-trasport għall-iskola meta ma tkunx laħqet telgħat ix-xemx.

Jemmen li għandha ssir xi ħaġa dwar il-fatt li minkejja li l-ħinijiet tal-iskola huma madwar sitt sigħat, it-tfal fil-verità jiddedikaw ħafna aktar ħin għall-iskola, meta tqis il-ħin li jivjaġġaw u l-ammont ta’ xogħol li jkunu jridu jagħmlu d-dar. Dan minbarra t-tagħlim reliġjuż li ħafna drabi jsir wara l-ħin tal-iskola (bħall-Mużew u d-duttrina) u attivitajiet oħra; żfin, kant, football, u privatijiet f’ċertu każi. Il-kittieb jistaqsi fejn hu l-ħin biex it-tfal jagħmlu dak li vera jixtiequ, igawdu ftit ħin liberu, u finalment igawdu t-tfulija.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Entużjasti anke jekk li jqumu kmieni ma togħġobhomx

Illum studenti ta’ kull etá jirritornaw lura l-iskola biex jibdew sena skolastika ġdida. Iżda jispikka l-eċitament fost l-istudenti li se jkunu qegħdin iżanżnu skola ġdida f’Ħal Kirkop. Dawn l-istudenti se jkunu qed jagħmlu tranzizzjoni mill-iskola Primarja għal dik Sekondarja. Fi żjara li għamel ONE NEWS f’din l-iskola, wieħed jista’ jinnota l-eċitament fost l-istudenti biex jaraw min se jkollhom fl-istess klassi tagħhom u liema għalliema se jgħallmuhom.
Aqra aktar

L-ewwel minuri fil-Belġju li għażel l-ewtanażja

Persuna taħt l-età b’marda terminali saret l-ewwel waħda fil-Belġju li ngħatat l-għajnuna biex tmut, wara li tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq l-età għall-ewtanażja fil-Belġu sentejn ilu.

Il-kap ta’ kummissjoni dwar l-ewtanażja ikkonferma l-każ, iżda ma provda ebda dettall ieħor.

Il-Belġju huwa l-unika pajjiż li jippermetti minuri ta’ kwalunkwe età li jagħżlu l-ewtanażja. L-Olanda tippermetti l-ewtanażja minn 12-il sena ‘l fuq.

Irid ikollhom biss abiltà li jieħdu deċiżjoni konxja u jkunu waslu fl-aħħar fażi tal-marda terminali tagħhom. Irid ikollhom ukoll il-kunsens tal-ġenituri.

 

 

Kienu illegali – kisbu informazzjoni dwar it-tfal

Tliet kumpaniji li jimmanifatturaw il-ġugarelli tat-tfal, flimkien ma’ xandar ta’ programmi tat-televiżjoni kienu penalizzati wara li nstab li s-siti tagħhom għandhom dawk li jissejjħu ‘cookies’ u teknoloġija oħra li kapaċi tikseb informazzjoni dwar il-konsumatur.

L-Avukat Ġenerali ta’ New York qal li dawn qablu li jħallsu multi li jammontaw għal $835,000. Fl-Istati Uniti mhux permess li siti bi prodotti għal dawk li għandhom taħt it-tlettax-il sena jiksbu informazzjoni personali mingħajr il-permess tal-ġenituri.

“Illum-il-ġurnata, it-tfal jgħixu online u hemm bżonn li wieħed iħares l-internet daqs kemm hemm bżonn ħarsien fit-toroq” qal l-Avukat Ġenerali Eric Schneiderman. Żied jgħid li ma jixtieq ikun hemm dossier fuq kwalunkwe tifel jew tifla, li jista’ jintuża biex uħud jagħmlu profitt.

Aqra aktar

Send this to a friend