tfal – Page 20 – One News

Notifiki

Kif taqbad ittihom l-aħbar fuq binhom?

Il-Ministeru għas-Saħħa, f’kollaborazzjoni ma’ Allied Health Care Services u l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità qed torganizza konferenza partikolari.

Immaġinak professjonist fil-qasam tas-saħħa, u trid tispjega l-aħbar lill-ġenituri li wliedhom għandhom xi forma ta’ diżabilità jew inkella problema serja ta’ saħħa. Immaġina trid tispjega xi ħaġa simili lit-tfal fuq il-ġenituri tagħhom, jew inkella fuqhom stess.

Kif taqbad iġġib ruħek?

Aqra aktar

Jekk l-omm Borg u l-missier Vella, it-tifel x’jiġi?

Il-Qorti Kostituzzjonali Taljana iddeċidiet kontra leġiżlazzjoni li awtomatikament tagħti lit-tfal ta’ koppji miżżewġa kunjom il-missier.

Avukati argumentaw li meta familji jkunu mwaqqfa milli jagħtu lit-tfal kunjom ommhom, din tfisser diskriminazzjoni kontra n-nisa.

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR) kienet ikkundannat din il-leġiżlazzjoni – li tmur lura għal żmien ir-Rumani – u ordnat lill-Italja biex tibdilha.

Difensuri faħħru din id-deċiżjoni u talbu lill-Parlament japprovaha.

Aqra aktar

40 tifel jew tifla Maltin f’każijiet marbuta ma’ PORN

Matul din is-sena, il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Welfare Soċjali, ħadet azzjoni dwar 74 rapport relatat ma’ pornografija u abbuż ta’ tfal online, li minnhom 40 kienu ta’ tfal Maltin.

Il-Ministru għal Familja Michael Farrugia qal fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Etienne Grech li l-2,017 rapport li saru fl-ewwel 10 xhur ta’ din is-sena diġà qabeż ir-rekord ta’ 204 rapporti li kienu rreġistrati s-sena li għaddiet.

Mill-2011 sa llum kien hemm  942 rapport li minnhom ittieħdet azzjoni fuq 649 każ. L-għadd ta’ tfal Malti involuti f’dawn il-każi kienu 160.

 

1,578 ħolma

F’ħames sigħat, 8% ta’ 1,578 ħolma ta’ tifel jew tifla vulnerabbli saru realtà.

Dan fl-inizjattiva Children’s Dreams, li hija organizzata mill-Aġenzija Appoġġ u li qed issir ghar-raba’ darba f’pajjiżna

Hija inizjattiva kkaraterizzata minn ħolm ta’ tfal vulnerabbli. Ħafna minnhom ikunu jixtiequ ġugarelli, kotba, logħob, ħwejjeg u l-opportunità li jiltaqgħu ma’ xi personalità Maltija bħal xi kantant jew kantana, jew inkella plejer tal-futbol.

Xtaqna naraw fiex jikkonsisti l-ħolm ta’ dawn iċ-ċkejknin u għalhekk żorna s-sit www.childrendreams.org fejn sibna ħolm ta’ tfal b’ismijiet fittizji biex tkun protetta l-identità tagħhom.

Aqra aktar

L-ewwel ġurnata tal-iskola wara li missierha tilef ħajtu fuq xogħol…

L-ewwel ġurnata tal-iskola għal tifla dejjem tkun waħda speċjali u tkun tixtieq li tkun akkumpanjata minn ommha u missiera, biex ituha dik il-bewsa u dik it-tgħannieqa qabel tidħol mill-bieb tal-iskola.

Missier din iċ-ċkejkna ħareġ mill-bieb tad-dar qabel mar għal ġurnata xogħol u ma reġax daħal lura d-dar hekk kif tilef ħajtu waqt li kien qed jaqdi dmiru. Kien ġest sabiħ ħafna dak li għamlu l-ex kollegi tiegħu, hekk kif fl-ewwel ġurnata tal-iskola marru kollha jakkumpanjaw lil din iċ-ċkejkna.

Aqra aktar

Forsi t-tfal jibdew igawdu ftit in-natura….

F’dinja iddominata mit-teknoloġija huwa dejjem sabiħ li l-istudenti jħallu xi ftit il-gadgets tagħhom u jgawdu xi ftit il-kampanja. Dan jieħu sens isbaħ meta din tkun parti minn esperjenza edukattiva li tgħin lil kull student, iżda b’mod partikolari dawk bi problema fl-imġiba.

B’inizjattiva tal-Birdlife u maċ-Ċentru tal-Edukazzjoni u r-riċerka ambjentali fl-Università ta’ Malta sar studju li fih kien ikkonfermat dan il-bżonn, kif spjega Mark Mifsud mill-istess Università.

“Ħafna żgħażagħ qed iħossuhom maqtugħin mill-ambjent fosthom minnħabba d-dinja diġitali, u l-ġenituri tagħhom jaħdmu t-tnejn, allura m’għandhomx ċans jeħduhom fil-kampanja. Jippreferu d-dar”.

Aqra aktar

Malta s-sitt pajjiż fl-UE b’leġiżlazzjoni kontra t-tipjip fil-karozzi bit-tfal

Malta se tkun is-sitt pajjiż fl-Unjoni Ewropea li se ddaħal liġi li tiprojbixxi t-tipjip fil-karozza fil-preżenza tat-tfal. Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tnediet il-kampanja ‘You smoke… they smoke’.

Il-Ministru Fearne qal li kulħadd jirrikonoxxi kemm it-tipjip jagħmel ħsara mhux biss lil dawk li jpejpu, iżda anke lil dawk ta’ madwarhom. “It-tfal li jkollhom l-organi tagħhom bħal pulmun żgħar, it-tipjip passiv jagħmel aktar ħsara. F’postijiet żgħar magħluqa bħalma hi karozza, il-ħsara mit-tipjip passiv hija agħar,” qal Fearne.

Aqra aktar

Send this to a friend