tfal | One News - Part 18

Notifiki

Jgħid li anke immigranti li ma jikkwalifikawx għal refuġjati ħaqqhom jibqgħu hawn Malta

Fi stqarrija l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal qal li l-liġi Ewropea u dik Internazzjonali huma ċari dwar migranti li jkunu ħarbu minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà f’pajjiżhom. Fi stqarrija qal li dawn għandhom jingħataw protezzjoni kif hi xierqa mingħand il-pajjiż li qed jirċivihom. Dan ifisser li jkollhom dritt jgħixu u jaħdmu fil-pajjiż li qed jirċivihom b’mod regolari.

Id-dritt tal-“Protezzjoni Temporanja Umanitarja” li ngħatat mill-awtoritajiet Maltin lill-migranti kien pass ‘l quddiem; ċioe dawk li ma jikwalifikawx għal protezzjoni internazzjonali ma jintbgħatux lura fi żmien qasir mid-dħul irregolari f’Malta. Aqra aktar

Diġà bin-namra!

Dan ir-ritratt huwa ta’ Junior Patrol Assistant, li forsi għandha massimu ta’ sentejn, u huwa meħud  waqt l-open day li saret fil-Police week.

Hija waħda minn dawk it tfal li l-imhabba tagħha minn età żgħira hija l-Pulizija, partikolarment iż-żwiemel tal-kavallerija.

Ix-xogħol tal-kavallerija huwa patrol speċjalment fejn jidħlu folol. Illum is-sezzjoni tal-Kavallerija hija magħmula minn 21 żiemel u 15-il uffiċjal.

Aqra aktar

Hawn tifla tixtieq li xi ħadd iħalsilha l-lezzjonijiet tal-privat

Fost in-numru kbir ta’ xewqiet li għandhom tfal vulnerabbli f’pajjiżna, hemm tifla li tixtieq li tingħata ċ-ċans tavvanza fl-istudji tagħha u tkompli titgħallem, iżda ħadd ma jista’ jħalsilha lezzjonijiet tal-privat.

Inizjattiva bl-isem ta’ Children’s Dreams, li hija organizzata mill-Aġenzija appoġġ u li qed issir għar-raba’ darba f’pajjiżna l-ħolma ta’ tifel jew tifla vulnerabbli jistgħu isiru realtà.
Aqra aktar

BIL-FILMAT: Tifel b’diżabilità jitlaq jimxi għall-ewwel darba fil-klassi

Minkejja li ta’ etá żgħira, tfal li għandhom biss sitt snin kienu emozzjonati ferm meta student li qiegħed fl-istess klassi magħhom u li għandu diżabilitá, telaq jimxi għall-ewwel darba.

Tispikka d-daħka fuq fomm it-tifel li seta’ jmur fejn sħabu u jimxi bħalhom, u li minkejja li ħaseb li qatt m’hu se jkun jista’ jimxi waħdu, irnexxielu jbiddel id-destin tiegħu.

Iċ-ċapċipa mill-qalb tal-LSA fuq wara tal-klassi iġiegħlna napprezzaw id-dedikazzjoni u l-ħidma tagħhom, li hija meqjusa bħala strumentali mill-ġenituri ta’ dawn it-tfal.
Aqra aktar

Titnieda strateġija biex trabbi lill-uliedek b’mod pożittiv

Politika Strategika Nazzjonali għat-trobbija pożittiva. Dan huwa l-isem ta’ dokument li ġie mniedi dagħlodu dwar atteġġjament pożittiv fit-trobbija li għandhom jużaw genituri u min jieħdu ħsieb lit-tfal. L-interess tat-tfal dejjem għandu jingħata prijorità u jikbru f’ambjent t’imħabba u ħieles mill-vjolenza.

Aqra aktar

Jitgħallmu bil-Eurovision!

Proġett li beda riċentament bl-isem ta’ “Learning through the Eurovision” ħajjar diversi skejjel li minn jeddhom urew l-interess biex jiġu involuti fih.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Kliem ta’ tifħir għal Christina Magrin – Malta fis-sitt post

Kienu bosta l-kummenti fuq is-sit soċjali Facebook u Twitter ta’ tifħir għall-erbatax-il edizzjoni tal-Junior Eurovision Song Contest li kien organizzat f’pajjiżna.

Spettaklu li kien imżewwaq b’ħafna talent barrani u lokali, b’bosta żeffiena juru x’jafu waqt l-intervalli. Kienet il-kantanta ta’ Ġorġja Mariam Mamadashvili u d-diska Mzeo hija r-rebbieħa tal-Junior Eurovision ta’ din is-sena li għat-tieni darba wara l-2014.
Aqra aktar

Send this to a friend