tfal | One News - Part 16

Notifiki

Tfal tal-iskola se jkollhom serje ta’ films jispjegaw ċertu kliem bil-Malti

Tfal tal-iskola li jattendu skejjel tal-gvern, tal-knisja u skejjel indipendenti, dalwaqt se jkollhom aċċess għal serje ta’ filmati li jispjegaw it-tifsira ta’ kliem speċifiċi bil-Malti, u oħrajn li jiffokaw fuq l-oriġini u t-tifsira ta’proverbji Maltin.

Dawn il-filmati edukattivi, prodotti minn FIMBank plc bħala parti mill-programm tiegħu għal Responsabilità Soċjali Korporattiva, se jitqassmu fl-iskejjel kollha primarji u sekondarji f’Malta.

Din l-inizjattiva tħabbret waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Impjiegi Evarist Bartolo fl-uffiċċju ewlieni tal-bank f’San Ġiljan.

Aqra aktar

“Fejn it-tfal waqfu jibku”

“Aleppo huwa post fejn it-tfal waqfu jibku.”

Hekk jirrakkonta ġurnalist ma’ Channel 4 li żar din il-belt Sirjana u nzerta familja ftit wara li ntlaqtet il-blokka ta’ appartamenti fejn kienet tgħix. Tarbija ta’ mhux aktar minn sentejn tidher fi stat qawwi ta’ xokk imma bilkemm tista’ tibki.

Tfajjel iżomm tarbija ta’ xahar mejta f’idu u jirrifjuta li jitlaqha.

Omm tgħajjat li qatlula lill-uliedha kollha.

Eluf jinsabu maqbuda f’kundizzjoniet ta’ disprament, filwaqt li jkompli d-diżgwid dwar pjan ta’ evakwazzjoni ta’ persuni ċivili.

Aqra aktar

Jekk ħadt Children’s Allowance differenti hemm raġuni

Fl-aħħar jiem kien hemm min ikkummenta kif seta’ rċieva ċekk taċ-children’s allowance li kellu rata inqas minn tas-sena ta’ qabel. U f’siti soċjali qabdet diskussjoni ma taqta’ xejn. Tlabna kjarifika mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali li qal:  “Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jixtieq javża li l-pagamenti tal-Allowance tat-Tfal li se jitħallsu fis-17 ta’ Diċembru, 2016 u li jkopru l-perjodu minn Jannar 2017 sa April 2017, huma bbażati fuq id-dħul tas-sena bażi 2015.”

Aqra aktar

Min ingħata din il-merħba fl-iskola primarja ta’ Birkirkara?

Il-ferħ fuq wiċċ it-tfal tal-iskola primarja ta’ Birkirkara, parti mill-Kulleġġ Santa Tereża, laqatna f’dan il-filmat.

Ittieħed waqt żjara oħra tas-Sur Edgar Preca bħala parti mill-kampanja tal-Piggy Banks b’risq l-Istrina u The Malta Community Chest Fund Foundation.

Dan tal-aħħar jgħin nies li jkunu għaddejjin minn ċirkostanzi diffiċli ħafna f’ħajjithom, b’mod partikolari l-pazjenti morda bil-kanċer u l-familji tagħhom li jkunu qed jirċievu trattament barra mill-pajjiż.

Aqra aktar

L-aħħar tweets qabel imutu?

Eluf ta’ persuni ċivili jinsabu maqbuda f’zona żgħira fil-belt Sirjana Aleppo, taħt bumbardament kontinwu. Uffiċjal Amerikan stqarr mal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC li madwar ħamsin elf persuna jinsabu fil-periklu.

Forzi Sirjani qed jirrifjutawli jiefqu mill-bumbardamenti biex iħallu lin-nies jitilqu, jew inkella lil tfal feruti ikunu evakwati. Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Bank Ki-Moon esprima allarm fil-konfront ta’ rapporti ta’ atroċitajiet kbar lejn numru ta’ persuni ċivili.

Dawn huma sejre ta’ tweets ‘tal-aħħar’ miġbura mill-BBC.

Aqra aktar

FILMAT: It-tfal għandhom ikunu jafu l-verità dwar Father Christmas?

Il-mistoqsija jekk għandniex ngħidu lit-tfal li father christmas jeżisti, ġiet diskussa fuq il-programm PJAZZA flimkien mat-Terapista tal-familja Dr Charles Azzopardi.

Ġenituri kienu qed jiġu mwissija biex jaħsbuha darbtejn jekk qed jgħidu lit-tfal tagħhom li l-Father Christmas jeżisti. Dan ġie diskuss f’artiklu fil-ġurnal Lancet Psychiatry fejn żewġ psikologi ddiskutew il-moralitá wara din il-‘gidba’.

Iżda bħal kull ħaġa oħra, hemm żewġ uċuħ tal-munitá, b’uħud jemmnu li l-father christmas huwa parti minn memorja speċjali għat-tfal tagħna filwaqt li oħrajn iqisu li din l-illużjoni jaf tħalli effett ħażin fuq uliedhom.

Aqra aktar

Oliver Scicluna sar missier!

Il-Kummissarju tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabiltà ħabbar li sar missier. Scicluna huwa maħbub u ammirat minn bosta għad-determinazzjoni kbira li għandu biex ikun il-vuċi ta’ persuni li għandhom diżabiltà.

Ftit ilu ħabbar hekk:

Aqra aktar

Send this to a friend