tfal | One News - Part 15

Notifiki

Wara bibien magħluqa, nisa u tfal ġew abbużati dan il-Milied

Wara bibien magħluqa, dik il-bikja fi skiet u għajta ta’ għajnuna – il-vjolenza domestika tiżdied matul il-festi.

Dan qalitu Bernardette Briffa li taħdem bħala social worker f’xelter ta’ emerġenza għal nisa u tfal. Hija spjegat li f’dawn il-jiem ta’ festi, kellha numru ta’ każijiet li fil-maġġoranza tagħhom l-mara li kienet vittma ta’ vjolenza domestika tkun ħarbet mill-gallarija – bit-tama li ssib l-għajnuna mingħajr ma tirriskja li l-agressur jsir aktar vjolenti.

Aqra aktar

Anke tal-ġelati għenu biex inisslu tbissima!

Liema tifel jew tifla ma tifraħx meta tgħidilhom li sejrin għal xi ġelat tajjeb?

Ma kinux biss tat-taxis li għenu biex grupp ta’ tfal tnisslet tbissima fuq fommhom. Diġà irrapportajna li x-xufiera tat-taxis il-bojod żammew l-appuntament annwali tagħhom biex għat-tielet sena konsekuttiva, ferrħu lil għexieren ta’ tfal minn djar residenzjali mifruxa madwar Malta u Għawdex.

Aktar minn 40 soru u carer assistew lill-130 tifel u tifla li qattgħu l-ġurnata jagħmlu attivitajiet diversi grazzi għall-inizjattiva tal-istess xufiera.

La Gelateria Tanti qasmu l-ferħ li ħassew meta kellhom l-opportunità joffru prodotti minn tagħhom lil dawn it-tfal.

Tiggustqx ġelat fil-kesħa tax-xitwa jew le, tħobbx taċ-ċikkulata, vanilla jew tal-frawli, intix kbir jew żgħir, jibqa l-fatt li l-ġenerożitżà Maltija ftit għandha paraguni.

Aqra aktar

“Għala m’għandek QATT tħalli lit-tfal fil-karozza”

Dalgħodu żewġ karozzi ħadu n-nar il-Mosta.

Bint is-sid ta’ waħda mill-karozzi spjegatilna li l-karozza ta’ ommha kienet ipparkjata, meta waqfet ħdejha karozza oħra li ħadet in-nar hi u tinstaq. In-nirien inxterdu, b’konsgwenza li ż-żewġ karozzi spiċċaw ħadu n-nar.

B’dieqa qalet li ommha għadha kemm ġabet il-karozza, lanqas ilha ħames xhur għandha. Jidher ukoll li l-karozza l-oħra kellha madwar ħames snin biss.

Aqra aktar

45 taxi, 40 carer, 130 tifel u tifla

Ix-xufiera tat-taxis il-bojod żammew l-appuntament annwali tagħhom biex għat-tielet sena konsekuttiva, ferrħu lill-għexieren ta’ tfal minn djar residenzjali tat-tfal mifruxa madwar Malta u Għawdex.

Aqra aktar

ŻBALL OĦXON – 26 koppja bi sperma li ma riditx

Ċentru Olandiż li joffri t-trattament bl-IVF iddikjara li 26 mara jaf kienet fertilizzata bi sperma ta’ raġel ħażin – jiġifieri mhux ir-raġel li riedet hi.

L-Utrecht University Medical Centre qal li kien żball ta’ proċedura dak li seħħ bejn April 2015 u Novembru 2016. Nofs il-koppji li għamlu t-trattamnet huma tqal jew inkella diġà għandhom it-tfal. Dawn ingħataw l-aħbar stramba li waqt il-fertilizazzjoni, ċelloli mill-isperma ta’ koppja minnhom jaf spiċċaw maċ-ċelloli tal-bajd ta’ 26 koppji oħra.

Għalhekk hemm possibiltà li l-bajd kien fertilizzat minn sperma li mhix tal-missier mixtieq.

Milied ‘il bogħod mill-familja

Il-Milied, għandu tifsira differenti għal kull wieħed u waħda minnha. Għal xi wħud ifisser ikla mal-familjari, għal oħrajn iġib memorji koroh jekk ikunu tilfu lil xi ħadd għażiż għalihom f’dan iż-żmien filwaqt li għal oħrajn ifisser aktar ħidma u xogħol.

Aqra aktar

L-eżempju lill-ulied ċentrali fil-messaġġ tal-President

  • Tisħaq fuq ir-rispett, il-paċi u l-inklużjoni tat-tfal minn realtajiet differenti

L-eżempju li l-ġenerazzjonijiet adulti għandhom jagħtu lill-ulied kien ċentrali fil-messaġġ tal-President tar-Repubblika għal dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Eżempju li għandu jkun mibni fuq il-ħtieġa għall-paċi u r-rispett li dan iż-żmien nisimgħu tant dwarhom.

“Huwa żmien ta’ opporunità li nsaħħu l-paċi. Paċi dejjiema tfisser li mhux biss nassiguraw li ma jkunx hemm vjolenza u ħsara lill-proxxmu tagħna. Iżda, li b’mod pożittiv u proattiv noħolqu  opportunitajiet biex nitkellmu bejnietna, naħdmu biex nibnu relazzjonijiet b’saħħithom, insaħħu l-parteċipazzjoni demokratika u niżviluppaw kultura ta’ rispett lejn xulxin,” qalet il-President tar-Repubblika.

Aqra aktar

Studenti jiksbu rekord uniku – ipinġu fuq il-kartonċin!

L-Erbgħa 21 ta’ Diċembru 2016, l-għalliema, LSAs, l-istudenti u l-ġenituri tal-ħames sena tal-iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof waqqfu rekord ġdid.  Dan kien jinkludi tpinġija ta’ 7m b’4m fuq 80 kartonċina bajda.

L-istampa finali kienet dik ta’ silhouette tax-xena tan-natività f’inqas minn sagħtejn.  L-istudenti u l-ġenituri ngħataw parti mill-istampa kollha li kellhom ikabbru fuq il-kartonċin.  Wara li l-istudenti u l-ġenituri pinġew l-istampa tagħhom, dawn twaħħlu kollha fuq il-kanvas.

Rappreżentant mill-Malta Records ra dan il-proġett u ppreżenta lit-tim midalja u ċertifikat tal-kisba ta’ dan ir-rekord ġdid.  Fl-aħħar ittieħed ritratt ta’ tifkira ta’ dan l-avveniment.

Aqra aktar

Send this to a friend