tfal | One News - Part 14

Notifiki

Tfal Maltin taħt l-età fuq Facebook

Is-sit soċjali Facebook sar ħaġa komuni fost iż-żgħażagħ. Sa minn età zgħira t-tfal qed ikunu jridu joħolqu profil fuq facebook. Fil-fatt f’Malta sebgħa u erbgħin fil-mija tat-tfal fl-iskejjel primarji għandhom profil fuq facebook minkejja li għadhom taħt l-età.

Aqra aktar

Meta ma jkun għad fadal ebda triq oħra għat-tfal

Permezz ta’ care orders, tfal jitpoġġew taħt is-sorveljanza ta’ awtoritajiet lokali, li jieħdu deċiżjonijiet dwar it-trobbija minflok il-ġenituri.

Il-Parlament għadu kemm approva liġi li permezz tagħha, se tkun il-Qorti li toħroġ care orders u l-Ministru mhux se jibqa’ aktar responsabbli. Se jkun hemm bord apposta li jaħdem id f’id mal-Qorti li jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet u jħejji r-rapporti biex jippreżentahom il-Qorti, fejn fl-aħħar mill-aħħar tiddeċiedi hi x’għandu jsir dwar it-trobbija tat-tfal li jinqalgħu mill-ġenituri naturali tagħhom biex jitrabbew għand il-foster parents.

L-Avukata Giuliana Scerri Ferrante spjegat l-importanza ta’ dan kollu waqt il-programm Pjazza. Fuq kollox saħqet li care orders se jkunu wżati biss meta ma jkun għad fadal assulutament l-ebda triq oħra.

 

Aqra aktar

Ara kif se taħdem AMBER ALERT – ‘fażi ġdid għall-Pulizija Maltija’

Kienet inawgurata uffiċjalment l-AMBER Alert System, sistema nazzjonali t’allert dwar każijiet ta’ tfal neqsin li jkunu fil-periklu u ta’ ħtif.

Kif spjega Frank Ahern, President ta’ AMBER Alert Europe, se jkun qed isir taħriġ lill-Pulizija biex jaqsmu l-frutiera u jaħdmu mal-publiku meta ħajjet it-tfal ikunu f’riskju.

Dan ma japplikax biss għal tfal li jkunu rrapportati nieqsa imma għal kwalunkwe riskju immedjat li jistgħu jsibu rwieħhom fih it-tfal.

Aqra aktar

It-tifel fejn mar?

  • Kif għandna nħarsu lit-tfal mill-perikli moderni, bħal per eżempju dawk fid-dinja online?
  • Kif ngħallmuhom biex jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa?
  • Kif nintebħu bis-sinjali li jkunu fil-periklu?
  • X’għandna nagħmlu jekk it-tfal isibu ruħhom f’sitwazzjoni li tpoġġihom fil-periklu?

Aqra aktar

12,000 tifel u tifla fl-emerġenza x-xitwa li għaddiet – l-esperti jagħtu pariri

Tul ix-xitwa li għaddiet, fiż-żmien l-irjiħat, influwenza u deni, kienu madwar 12,000 tifel u tifla li kellhom iżuru l-emerġenza.

Esperti mill-isptar Mater Dei qalulna dak li diġà nafu, li f’dawn iż-żminijiet, it-tfal ikunu iktar vulnerabbli. Però qalulna wkoll li hemm mezzi li ftit naħsbu dwarhom, kif nistgħu nevitaw ċertu mard.

Per eżempju, id-deputy charge nurse Claudine Aitken qalet li jekk tfal se jużaw l-istess ġugarelli, dawn għandhom jitnaddfu spiss. Eżempju ieħor huwa t-tissues, li minflok jitħallew fuq xi komodina jew fejn ikunu jilgħabu t-tfal sakemm ilestu, ikunu mormija minnufih.

Qalu wkoll li f-aħħar jiem, jikkalkolaw li l-ammont ta’ persuni li spiċċaw żaru l-emerġenza ġenerali żdiedu b’ċifra ta’ bejn it-12 u 20%.

Aqra aktar

Iridu t-tfal fuq ir-rota b’elmu bilfors

Grupp ta’ esperti mediċi li għamlu riċerka dwar is-sigurtà taċ-ċiklisti qed jisuġerixxu li f’Malta tiddaħħal liġi fejn ikun mandatorju li tfal li jilbus l-elmu meta jsuqu r-rota. Xi ħaġa li diġa’ hija realtà f’seba stati membri tal-Unjoni Ewropea. Ir-riċerka ppubblika fil-ġurnal mediku ta’ pajjiżna, li toħroġ l-Universita ta’ Malta hija ffirmata minn tliet tobba li juru li t-tfal jidħlu iktar mill-adulti f’Mater Dei minħabba inċidenti li jseħħu meta jkunu qed isuqu rota.

Aqra aktar

“Nirrabja nara dan ir-ritratt fuq Facebook” – tabib iwissi dwar PERIKLU TA’ MEWT

“Nirrabja u ninkwieta nara dan ir-ritratt fuq facebook! Jidher ġustuż … imma fil-fatt huwa nasba li tqiegħed it-tarbija f’PERIKLU TAL-MEWT.”

Hekk kiteb it-tabib tat-tfal Joe Mizzi fuq Facebook.

Fuq forums fejn ommijiet jgħidu tagħhom, kien hemm min talab minn fejn jista’ jixtri prodott bħal dan.

It-tabib speċifika dawn iż-żewġ punti kardinali: tarbija għandha torqod fuq daharha (mhux fuq il-ġenb). Fil-cot ma jrid ikun hemm xejn soft toys jew imħadda minħabba li tista’ tifga fihom.

Aqra aktar

Send this to a friend